Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Sitt plejers u żewġ uffiċjali sospiżi wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa

Il-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association issospenda sitt plejers u żewġ uffiċjali wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Il-plejers, li kollha ġew sospiżi partita huma: Loof Augustine ta’ Balzan, Ryan Scicluna ta’ Birkirkara, Kristian Keqi ta’ Floriana, Igor Duderev ta’ Gudja United, Ferdinando Apap ta’ Hibernians u Jurgen Pisani ta’ Santa Lucia.

It-team manager ta’ Birkirkara, Jamie Borg ġie sospiż tliet partiti mentri dak ta’ Mosta, Adrian Farrugia, ġie sospiż partita.

Miktub minn...
TVM Sport