Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Sliema jirbħu u jitilgħu jaqsmu l-ewwel post

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

BIRKIRKARA …………………….1

SLIEMA WANDERERS……..….2

Sliema Wanderers telgħu fl-ewwel post flimkien ma’ Gżira, Hibs u Ħamrun Spartans wara rebħa kontra Birkirkara bl-iskor ta’ 2-1.

Wara disa’ minuti logħob, free-kick għal Sliema li ngħata minn Comvalius, il-ballun jaħbat mal-lasta minduda bil-goalkeeper Guarnone megħlub.

Fl-14-il-minuta Sliema sfaw b’għaxar plejers meta r-referee De Gabriele wera karta ħamra diretta lill-Ġappuniż Riki Kakinuma għall foul fuq Paul Mbong.

Fit-33 minuta kross mil-lemin u daqqa ta’ras ta’ Juri Cisotti tiġi salvata b’diffikulta minn Guarnone bl-għajnuna tal-lasta.

Żewġ minuta wara kienu B’Kara li sfaw b’għaxar plejers meta Francesco Verde intwera it-tieni karta safra.

Ftit qabel spiċċat l-ewwel taqsima Sliema laqtu lasta għat-tielet, kross ta’ Beerman u daqqa ta’ ras ta’ Comvalius għal darba oħra Guarnone salva b’għajuna tal-lasta, sabiex minuta wara it-tim Karkariż mar fil-vantaġġ meta Da Paixao kompla ‘il quddiem lejn Federico Falcone bix-xutt ta’ dan jiġi imblukkat minn Galea, il-ballun ħabat ma’ Kurt Shaw u spiċċa ġewwa.

Mal-ftuħ ta’ tieni taqsima, korner ghall B’kara u daqqa ta’ ras ta’ Claudio Bonanni tispiċċa ftit barra u fil 50 minuta korner għal Sliema mogħti minn Juri Cisotti u daqqa ta’ ras ta’ Jean Paul Farrugia tispiċċa barra ukoll.

Fid-59 minuta Sliema kisbu il-gowl ta’ dro, kross mil-lemin ta’ Dejan Vukovic u b’daqqa ta’ ras ta’ Comvalius li għeleb lil Guarnone.

Fit-72 minuta xutt fil-baxx ta’ Jean Paul Farrugia u l-goalkeeper Guarnone salva tajjeb.

Fit-78 minuta xutt centrali ta’ Edmond Agius u Guarnone dawwar f’korner.

Minuta wara Sliema fil-vantagg,wara azzjoni ta’ free-kick , Jean Paul Farrugia b’daqqa ta’ ras sab ix-xibqa Karkariża.

Referee: Matthew De Gabriele.

BOV player tal-partita : Juri Cisotti ( Sliema Wds.).

Birkirkara FC.

A.Guarnone, P.Mbong (K.Zammit 74’) , R.Briffa, Y.Yankam, A.R.Mbu, F.Falcone, F.Verde, C.Attard, C.Bonanni, A.Da Paixao (L.Montebello 66’), I.Ntow.

Sliema Wan.

J.Galea, K.Shaw, J.Cisotti, D.Holla ( E.Agius 20’), G.Aquilina, R.Kakinuma, O.A.Linton, J.P.Farrugia, M.Beerman, D.Vokovic, S.D.Cormvalius( D.Perriera 80’).

Miktub minn...
TVM Sport