Futbol lokali
FILMAT: Kampjonat BOV Premier: Sliema W. jikkonsolidaw ir-4 post b’rebħa komda fuq Mosta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Sliema W…..3

Mosta……….1

Sliema W. jibqgħu jżommu t-tamiet tagħhom ħajjin għal post fl-Ewropa, b’rebħa tajba fuq tar-Rotunda bl-iskor ta’ 3-1, Mosta li r-reazzjoni tagħhom fit-2 taqsima kienet tard wisq.

Fir-4 minuta, l-ewwel azzjoni tmur għan-naħa tas-Sliema, xutt mil-lemin tal-captain John Mintoff, ballun għand il-goalkeeper Mosti Andreas Vella. Fis-7 minuta, Sliema W. jiftħu l-iskor, f’azzjoni mill-isbaħ, mibdija minn Younes Marzouk, li jgħaddi lejn Ryan Fenech, bil-kross tal-istess Fenech mil-lemin, bir-ras Younes Marzouk jitfa’ fix-xibka wara li kien żmarkat għal Sliema W. 1-0 Mosta. Fil-35 minuta, Sliema W. saħansitra jirduppjaw, meta minn freekick ta’ Younes Marzouk mix-xellug, taħwida quddiem Andreas Vella, biex japprofitta d-difensur żagħżugħ Kurt Shaw għal skor ta’ 2-0. Fl-44 minuta, Sliema W. b’ċans tajjeb li jagħmluhom tlieta, meta Ignazio Varela jolqot il-wieqfa, wara kross mil-lemin ta’ John Mintoff.

Fit-tieni taqsima, fis-60 minuta Mosta jkollhom xutt ta’ Gianluca Cuomo minn barra l-kaxxa, jilqa’ bla ebda diffikultà Jake Galea bejn il-lasti ta’ Sliema. Fit-80 minuta, Mosta ikollhom azzjoni iżolata, fejn minn korner tas-sostitut James Brincat mil-lemin, bir-ras Rafael Morisco jitfa’ barra. Fit-88 minuta, żball fid-difiża Mostija, u Younes Marzouk b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa, jagħmilhom 3 għal Sliema, biex Mosta jiskurjaw l-gowl tal-bandiera fid-90 minuta, minn Rafael Morisco minn azzjoni ta’ freekick. Ikompli l-logħob eżatt wara l-gowl, u saħansitra min-nofs il-grawnd, Marzouk, il-plejer bla dubju tal-partita, jkollu x-xutt tiegħu salvat in extremis minn Andreas Vella f’korner.

Riżultat finali: Sliema W. 3  Mosta 1

BOV Plejer tal-Partita: Younes Marzouk (Sliema W.)

Referee: Darryl Agius

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Brandon Cassar, Nickolas Paris u Mattia Calleja huma tliet plejers li jiffurmaw parti mill-iskwadra ta’ taħt it-13-il sena ta’ Fgura United F.C. u li għadhom kif esperjenzaw erbat ijiem taħriġ fi Siena, fl-akkademja…

Futbol lokali

Giovanni Tedesco, l-ex kowċ ta’ Hamrun Spartans FC, mil-lum sar kowċ ta’ Gżira United FC. Tedesco ffirma kuntratt ta’ tliet snin li se jorbtu mal-klabb tal-Maroons sal-istaġun 2021/2022. Fi stqarrija…

Futbol lokali

Il-Gozo Football Association temmet uffiċjalment l-istaġun tal-futbol 2018/2019 bl-avveniment anwali tal-GFA Awards 2018 / 2019, fejn l-assoċjazzjoni ħabbret u ppreżentat l-unuri individwali f’diversi kategoriji ta’ kompetizjonijiet tal-futbol Għawdxi.  L-unuri ewlenin…

Futbol lokali

Roderick Briffa, il-midfielder nazzjonali Malti ta’ 37 sena, se jerġa’ jsir plejer ta’ Birkirkara fis-sigħat jew il-jiem li ġejjin. TVM Sport jista’ jikkonferma li Briffa laħaq ftehim ma’ Birkirkara FC…

Aktar