Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Sliema Wds jimbuttaw lil St Andrew’s iktar ‘l isfel

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18

Sliema W. ………..1

St.Andrews………0

St. Andrews kienu qed jippruvaw li jiksbu riżultat pożittiv minn dan il-partita, peress li kienu jinsabu fit- tielet post mill-aħħar bi 17 -il punt wara 21 partita. Huma kisbu 3 punti biss mill-aħħar 4 ħarġiet tagħhom.

Minn naħa l-oħra it-tim Slimiż kien jinsab komdu f’nofs il-klassifika, fis-7 post , bi 33 punt wara 21 partita ukoll.

Fl-ewwel round Sliema Wds kienu ħarġu rebbieħa bi skor ta’ 2-0, filwaqt li anki fl-FATrophy, it-tim Slimiż  kien elimina lis-Saints bl-skor ta’ 3-1.

Fit 18 –il minuta waslet l-ewwel azzjoni tal-partita meta Edmond Agius kompla lejn Matthias Muchiardi bix-xutt ta’ dan ikun devjat minn Temile u l-ballun jaħbat mal-lasta ta’ St.Andrews bil-goalkeeper Calleja Cremona megħlub. Fil-31 minuta free-kick ta’ Joseph Farrugia spiċċa għoli u ħames minuti wara xutt ta’ Tano Azian ġie imdawwar f’korner mid-difiża Slimiża. Fid-39 minuta free-kick għal Sliema li ngħata minn Correa Duarte u Calleja Cremona salva tajjeb u tlett minuta qabel għalqet l-ewwel taqsima, is-Saints ukoll laqtu lasta Slimiża b’xutt sabiħ ta’ Tano Azian.

Fit-tieni taqsima St.Andrews ħarġu aktar fuq l-attakk u fil 54 minuta korner ta’ Joseph Farrugia u daqqa ta’ ras ċentrali ta’ Jason  Van De Lannoite ġiet salvata tajjeb minn Glenn Zammit. Ħames minuti wara xutt mid-distanza ta’ Kemar Reid kien salvat tajjeb minn Zammit. Fit-72 minuta kross mix-xellug ta’ Ashong Nii Nomyey pero’ xutt fjakk ta’ Muchardi kien salvat bla diffikulta’ minn Calleja Cremona sabiex żewġ minuti wara Sliema fethu l-iskor b’azzjoni personali tas-sostitut Kilan Ameli li b’xutt tajjeb għeleb lill-goalkeeper tas-Saints.

Ref : Etienne Mangion.

BOV Player tal-partita : Ricardo Correa Duarte ( Sliema W.).

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Football lokali: Il-Kampjonat BOV Premier ikompli bil-raba’ ġurnata b’dan il-programm: Il-Ġimgħa Stadium Nazzjonali 19:00 Valletta – Qormi Victor Tedesco Stadium 18:00 Pieta’ Hotspurs – Senglea Athletic 20:15 Balzan – Mosta…

Futbol lokali

Il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier Senglea Athletic ħabbar li żewġ plejers mill-Arġentina li kienu diġà mal-klabb is-sena l-oħra repgħu ngħaqdu mal-klabb mill-Kottonera. Iż-żewġ plejers huma Matias Garcia u Augusto Casetes.

Futbol lokali

Hibernians għelbu lil Birkirkara fil-finali tas-Super Cup li ntlagħbet ilbieraħ filgħaxija fis-Centenary Stadium bi skor ta’ 3-0. Dan kien l-ewwel unur għal Hibernians wara nuqqas ta’ żewġ staġuni u r-rebħ…

Futbol lokali

Michele Paolucci ta’ Tarxien rebaħ l-ewwel unur tal-istaġun 2018/19 tal-Pejer tax-Xahar ta’ Awwissu. Wara li ngħaqad mar-Rainbows minn ma’ Floriana matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf, il-plejer Taljan ta’ 32 sena li…

Aktar