Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: St Lucia jaħsdu u jegħlbu liċ-champions Valletta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Valletta…..2

St Lucia….3

Bidu perfett għat team promoss ta’ Santa Lucija hekk kif fid-debutt irnexxilhom jakkwistaw tlett punti ferm importanti kontra ċ-Champions renjanti Valletta.

Wara biss 6 minuti logħob Santa Lucija mmorru fil-vantaġġ meta azzjoni personali ta’ Wilkerson Gomes minn barra l-kaxxa jara x-xutt tiegħu jispiċċa fir-rokna ta’ xibka wara Bonello.

Bir-risposta ta’ Valletta ma tieħux wisq biex tasal hekk kif ma 12 -il minuta Fontanella min qadgħa angulata jitfa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka wara l-goaler ta’ Santa Lucia Ryan Caruana.

18 -il minuta u Santa Lucia jerġgħu morru fil-vantaġġ meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Tachikawa ħalla lil Bonello jħares lejn il-ballun sejjer fix-xibka.

25 minuta azzjoni oħra għal Santa Lucia meta għal darba’oħra kien Tachikawa li min barra l-kaxxa ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra.

35 minuta għal darb’ohra Santa Lucia meta minn barra l-kaxxa x-xutt ta’ Walker jgħaddi ftit barra.

37 minuta pass ta’ Diego Segura lejn Gomes bix-xutt tiegħu jiġi salvat minn Bonello.

Minuta wara azzjoni identika biss din id-darba Santa Lucia jkomplu jżidu l-vantaġġ meta Diego Segura jitfa’ l-ballun lejn Gomes b’dan tal-aħħar iqabbeż minn fuq Bonello bil-ballun jispiċċa fix- xibka.

45 minuta Santa Lucia jfallu ċ-ċans li jsibu x-xibka għar-raba’ darba meta Jacob Walker waħdu jitfa’ ferm għoli.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima tasal mas-66 minuta meta Pena Beltre minn qadgħa angulata ikkonkluda ferm għoli.

70 minuta għal darb’oħra Valletta meta pass fit-tul ta’ Shaun Dimech lejn Messias b’dan tal-aħħar jikkonkludi barra.

72 minuta Valletta jnaqqsu d-distakk meta Nwoko mill vicin jitfa’ fix-xibka bir-ras wara Ryan Caruana.

Referee:- Trustin Farrugia Cann

Player ta Logħba: Wilkerson Gomes (St. Lucia)

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER  2019/20. Ħamrun Spartans……….1. Senglea Athletic………….0. Gowl ta’ Soufiane Lagzir kien biżżejjed sabiex Ħamrun Spartans jegħlbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 1-0 sabiex kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva. Wara…

Futbol lokali

KAMPJONAT GFA 2019/2020 Il-leaders tal-kampjonat Għawdxi Nadur Youngsters irkupraw mit-telfa li ġarrbu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u kisbu rebħa ta’ erbgħa b’wieħed kontra Għajnsielem. Nadur daħlu jistrieħu fil-vantaġġ b’gowl…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association, illejla se tkun qed tiltaqa’ mal-klabbs tal-Kampjonat BOV Premier, biex tispjegalhom kif se taħdem is-sistema tat-tim Malti fil-kampjonat Taljan tal-Lega Pro minn staġun ieħor. TVM Sport jinsab…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA ……..1 BIRKIRKARA… 4 Valletta sfaw umiljati minn Birkirkara dan wara li fil-logħba prinċipali huma tilfu bl-iskor kbir ta’ 4-1. B’hekk Valletta fallew iċ-ċans li jitilgħu…

Aktar