Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: St Lucia jaħsdu u jegħlbu lil Gżira Utd

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

GŻIRA UTD……1

SANTA LUCIA..2

Santa Lucia ħasdu lil Gżira b’żewġ gowls tal-player tal-logħba Rei Tachikawa biex minkejja li lagħbu nofs it-tieni taqsima bi player anqas xorta waħda spiċċaw kisbu rebħa meritata.

L-ewwel azzjoni tal-logħba waslet għall-gowl tal-vantaġġ minn Santa Lucia.  Kienet azzjoni personali ta’  Rei Tachikawa bil-player Ġappuniż ifajjar xutt minn posizzjoni angolat li sab ir-rokna tax-xibka. Il-Maroons dehru li nħasdu minn dan il-gowl biex kienu s-Saints li żewġ minuti biss wara kellhom xutt mid-distanza ta’ Bohrer jiġi mdawwar f’corner mill-gowlkeeper Haber. Biex man-nofs siegħa logħob wasal  l-ewwel ċans għal Gżira bi free kick ta’ Kone li Aquilina dawwar f’corner. Sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Santa Lucia rduppjaw l-iskor. Kien Ante Rosero li qassam lejn Rei Tachikawa li minn tarf il-kaxxa kkonkluda bl-ewwel xutt tiegħu jiġi mblukkat biex ballun mill-ġdid għandu fejn venven xutt għar-rokna tax-xibka.

Gżira bdew it-tieni taqsima aktar aggressivi fejn wara biss żewġ minuti xutt angolat minn ġol-kaxxa ta’ Ryan Darmanin spiċċa fuq ix-xibka minn barra. Mas-siegħa logħob daqqa ta’ ħarta għal Santa Lucia li kellhom lill-player Kolombjan Luis Riascos imkeċċi għat-tieni karta safra. Fis-66 minuta Gżira jimpenjaw lil Aquilina permezz ta’ Conti b’xutt mid-distanza li l-gowlkeeper tas-Saints salva. Tlettax il-minuta mit-tmiem Aquilina salva b’diffikulta xutt mill-ġdid ta’ Conti. Il-Maroons komplew jasseddjaw il-lasta avversarja minkejja li ftit li xejn kienu effettivi. Iżda għaxar minuti mit-tmiem Gżira naqsu d-distakk b’gowl stupend ta’ Zachary Scerri li b’konklużjoni mill-bogħod sab ir-rokna ta’ fuq tax-xibka. Fl-84  minuta Aquilina salva daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Cohen. Bi Gżira jippruvaw isalvaw il-partita Santa Lucia viċin li jiskurjaw it-tielet fis-87 minuta meta Ante Rosero qabeż lill-gowlkeeper Haber qassam għan-nofs lejn Magri Overend li iżda xxuttja għoli. Biex fil-ħin mogħti żejjed cross ta’ Kone u daqqa ta’ ras minn Domoraud li Aquilina salva.

Ikkontrolla din il-logħba r-referee  Mario Apap

Il-player ta’ Santa Lucia Rei Tachikawa ġie vvutat bħala l-BOV Player tal-Logħba

Gżira Utd. – J. Haber, F. Barbosa, G. Conti, Z. Scerri, R.Soares (N.Muscat), J. Corbalan, H. Kone, S. Borg, M. Criaco (R.Darmanin), M. Davis (A.Cohen), W. Domoraud

Santa Lucia – T. Aquilina, G. Bohrer Mentz, K. Correia, A. Magri Overend, D. Segura (N.Micallef), K. Ante Rosero (L.Galea), L. Riascos, J. Walker (O.Elouni), F. Zuniga, J. Zerafa, R. Tachikawa

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Sirens……………….0 Sliema W…………..0 Fit-tieni logħba li ntlagħbet fic-Centenary Stadium tard il-Ġimgħa filgħaxija Sliema Wanderers u Sirens temmew il-konfront tagħhom fi draw ta’ mingħajr goals. Kienet logħba…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Senglea Athletic FC……… 1 Żejtun Corinthians FC…..1 Żejtun Corinthians ħadu t-tieni punt fil-Kampjonat BOV Premier meta għat-tieni ġimgħa konsekuttiva spiċċaw il-logħba tagħhom fi draw. Din id-darba…

Bejn illejla u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Wara diversi riżultati interessanti fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat, hemm timijiet li għadhom jissieltu għall-ewwel punti fil-klassifika, filwaqt li…

Aktar