Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: St Lucia jieħdu t-tieni rebħa konsekuttiva

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Tarxien R…………..0 

Santa Lucia………..2 

Santa Lucia kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta fid-derby tan-nofsinhar ta’ Malta meta għelbu lil Tarxien bl-iskor ta’ 2-0. 

Kienu Santa Lucia li ħolqu l-ewwel okkażjoni tal-logħba meta frikik ta’ Rei Tachikawa bil-ballun jispiċċa barra.  

Minuta wara kien il-keeper Tarxiniż Daniel Marcio Fernandes li salva b’mod spettakolari xutt b’saħħtu ta’ Kevin Ante Rosero. 

Fl-10 minuta, Tarxien jidhru għall-ewwel darba lejn il-lasti ta’ Santa Lucia minn azzjoni ta’ Jurgen Debono bix-xutt tiegħu jaħbat mal-art u li seta’ joħloq xi periklu lil Andreas Vella li rreaġixxa tajjeb.  

Fil-15-il minuta reġa’ kien il-gowlkiper Portugiż ta’ Tarxien li laqa’ tajjeb xutt ta’ Prestes.  

Fit-33 minuta, Santa Lucia kellhom gowl annulat ta’ Da Souza Silva li kien f’pożizzjoni irregolari. 

Santa Lucia marru minn fuq fid-39 minuta meta Da Silva Souza qassam mal-ewwel lil Kevin Ante Rosero li wiċċ imb’wiċċ mal-gowlkiper xeħet il-ballun fix-xibka.  

Ftit qabel l-ewwel taqsima, f’attakk iżolat Andreas Vella kien prominenti meta laqa’ xutt b’saħħtu ta’ Jurgen Debono ta’ Tarxien.  

Bl-ewwel taqsima tagħlaq b’Santa Lucia 1-0 minn fuq. 

Tarxien ħolqu periklu serju lejn il-lasti avversarji meta wara kross ta’ Brandon Muscat kien Vito Plut li bir-ras ra l-ballun jispiċċa kemm kemm barra. 

Santa Lucia rduppjaw l-iskor fit-68 minuta meta xutt tas-sostitut Michael Camilleri ġie mxellef b’mod sfortunat minn Anderson għal awto-gowl klassiku.  

Fl-aħħar parti tal-logħba, Santa Lucia setgħu għamluhom tlieta iżda kien il-gowlkiper Fernandes li solva sitwazzjoni imbarazzanti meta salva fuq Kevin Ante Rosero.

SANTA LUCIA Andreas Vella, Timothy Tabone Desira, Andre Fausto Prates Rodrigues Junior, Kevin Correia, Leandro Motta, Alan da Silva Souza, Kevin Ante Rosero, Victor Luiz Prestes Filho, Jamie Zerafa, Rei Tachikawa, Kieran Xuereb.
Coach: Oliver Spiteri

TARXIEN Daniel Marcio Fernandes, Anderson do Nascimento Carneiro, Brandon Muscat, Darren Falzon, Matthew Spiteri, Vito Plut, Jurgen Debono, Vagner Conceicao da Silva, Eduardo Rosado Souza, ,Karl Pulo, Matthew Tabone. .
Coach: Winston Muscat 

BOV Plejer tal-Logħba kien Kevin Ante Rosero ta’ Santa Lucia

Referi kien Matthew Degabriele 

Miktub minn...
TVM Sport