Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Sta Lucia jirbħu d-derby bejn il-ġirien

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020

Tarxien Rainbows……………..1

Santa Lucia ……………………..3

Santa Lucia kisbu rebħa prezzjuża ta’ 2-1 kontra Tarxien Rainbows fid-derby bejn żewġ timijiet ġirien ta’ xulxin.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota seħħet fit-12-il minuta meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Kevin Ante Rosero għadda barra mil-lasti Tarxiniżi.

Fis-26 minuta reġgħu kienu Santa Lucia li ħolqu azzjoni tajba meta Mendoza rċieva tajjeb u x-xutt ċentrali tiegħu ġie milqugħ minn Briffa.

Santa Lucia fetħu l-iskor fid-29 minuta meta kien Maxuel Maia da Silva li rċieva kross tajjeb mingħand Santos de Azevedo u bir-ras għeleb lil Briffa.

Fil-35 minuta, Tarxien kellhom gowl imħassar ta’ Matthew Tabone bir-referi Barcelo jara irregolarita’ fil-kaxxa ta’ Santa Lucia.

Fil-41 minuta xutt mill-viċin ta’ Leighton Grech kien milqugħ minn Briffa.

Tarxien ġabu l-iskor indaqs fil-45 minuta meta wara azzjoni insistenti ta’ Veronese, kien is-sostitut Miguel Ciantar li b’xutt fil-baxx għar-rokna għeleb lil Aquilina.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq 1-1.

Fit-49 minuta, wara korner mix-xellug, kien Kevin Correia ta’ Santa Lucia li bir-ras impenja lil Briffa.

Fis-60 minuta azzjoni tajba ta’ Aleksa Andrejic spiċċat b’xutt ta’ dan tal-aħħar li għadda kemm kemm għoli mill-mimduda.

Fis-66 minuta Santa Lucia ingħataw penalty meta r-referi Barcelo ġġudika li d-difensur Tarxiniż Daniel Zerafa mess il-ballun b’idu wara xutt ta’ Kevin Ante Rosero.

Mill-11-il metru kien Maxuel Maia da Silva li xeħet wara Rudy Briffa.

Fil-ħin mogħti żejjed mir-referi, Santa Lucia jiskorjaw it-tielet gowl tagħhom fejn wara azzjoni ta’ kontrattakk kien Santos de Azevedo li waħdu quddiem Briffa xeħet il-ballun fix-xibka għal skor finali ta’ 3-1

SANTA LUCIA Timothy Aquilina, Gabriel Bohrer Mentz, Kevin Correia Pinheiro, Jackson David Usuga Mendoza, Maxuell Maia da Silva (Omar Elouni 77 min), Kevin Ante Rosero, Jacob Walker (Adam Magri Overand 55 min), Jamie Zerafa, Camilo Escobar, Paulo Henrique Santos de Azevedo, Leighton Grech (Daniel Grech 83 min)

TARXIEN Rudy Briffa, Thomas Veronese, Destin Mambouana (Ayrton Azzopardi 56 min), Ohata Kazuki, Brandon Muscat, Aleksa Andreijic, Stiv Shaba, Marko Stajonevic, Matthew Tabone (Miguel Ciantar 35 min) , Luca Brincat, Daniel Zerafa

Referì: Jason Barcelo (Ġibilta’)

Ammoniti: Miguel Tabone, Brandon Muscat, Daniel Zerafa (T) Camilo Escobar, Kevin Correia(S),

Skorjaw: Maxuel Maia da Silva 29 min, 67 min pen (S), Miguel Ciantar 45 min (T)

BOV Plejer tal-Logħba: Maxuel Maia (Santa Lucia)

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-klabb tal-Premier Senglea Athletic ħabbar li l-kowċ Vladan Tomic ser ikun qed imexxi t-tim għall-kumplament tal-istaġun. Jassistih fuq il-bank ser ikun hemm l-ex player ta’ Rabat, Valletta u Birkirkara Drasko…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena, illum rebaħ it-tieni partita tiegħu mill-UEFA Youth Girls Development Tournament kontra Ġibiltà bi skor ta’ 2-0. Iż-żewġ gowls ta’ Malta waslu fit-tieni…

Futbol lokali

Hekk kif f’dan tmiem il-ġimgħa ma sarx logħob mill-kampjonati tal-MAFA minħabba l-festi tal-karnival, se nieħdu l-opportunita’ sabiex nagħmlu analiżi ta’ dak li ġara s’issa kemm mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kif ukoll…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Senglea A…..2 St Lucia……..5 L-ewwel azzjoni tal-partita tara lil Santa Lucia imorru fil-vantaġġ meta freekick ta’ Jamie Zerafa bil-ballun fuq ras Bohrer li tefa’ lejn Corriea…

Aktar