Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Tarxien b’rebħa importanti, jilħqu lill-istess Naxxar

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18

Tarxien Rainbows….5

Naxxar Lions ………..2

Tarxien kisbu rebħa prezzjuża fil-ġlieda tagħhom biex ma jaqgħux meta għelbu lil Naxxar Lions 5-2 u laħquhom fil-klassifika.

Fil-35 minuta Tarxien marru minn fuq meta Ricardo Faria fajjar xutt minn tarf il-kaxxa li spiċċa fir-rokna tax-xibka.

Pronta r-risposta ta’ Naxxar li fis-37 minuta ġabu l-iskor indaqs meta Belhadj qassam lejn Bustos li tefa’ lejn in-nofs bid-difensur Tarxiniż Andre Scicluna fit-tentattiv illi jantiċipa attakkant Naxxari tefa’ fix-xibka tiegħu stess.

Fil-41 minuta, Tarxien reġgħu marru fil-vantaġġ meta De Oliveira Vieira daħal fil-kaxxa u qabbeż tajjeb minn fuq Nicht.

Eżatt mal-45 minuta, ir-Rainbows għamluhom tlieta meta xutt minn tarf il-kaxxa ta’ De Oliveira Vieira ħasad għal darb’oħra lil Nicht għad-doppjetta personali. .

Naxxar Lions reġgħu daħlu fil-logħba fis-47 minuta b’autogoal ieħor din id-darba ta’ Baker bir-ras minn azzjoni ta’ frikik.

Minuta wara Tarxien ngħataw penalty meta Angus Buhagiar mess il-ballun b’idu, u mill-11-il metru kien Samba Tounkara ma falliex.

Faria ssiġilla r-rebħa Tarxiniza fis-87 minuta meta daħal tajjeb fil-kaxxa u tefa’ wara Nicht għal skor finali ta’ Tarxien 5 Naxxar 2
BOV Plejer tal-Logħba Ricardo Faria ta’ Tarxien, Referi Darryl Agius.

Plejer tal-Logħba: Ricardo Faria ta’ Tarxien

Referee: Daryl Agius

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-ex-referee Jude Amin Utulu tkeċċa mill-Malta Football Association wara li kiser ir-regolamenti tal-istess assoċjazzjoni. Id-deċiżjoni kkomunikata llum inħarġet mis-sotto-bord dixxiplinarju tar-referees fi ħdan l-MFA, wara sensiela ta’ smiegħ dixxiplinarji. Id-deċiżjoni…

Futbol lokali

Debutt b’telfa ta’ 1-0 kontra Franza għat-team nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena fi Grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat UEFA Euro Under 19. Il-logħob kollu tal-grupp li fih ukoll il-Belġju…

Futbol lokali

Il-membri tal-kunsill tal-Malta Football Association ingħataw dettalji tar-rekwiżiti ġodda tal-UEFA għal-liċenzjar ta’ clubs għall-kompetizzjonijiet Ewropej. Fost l-emendi għar-regolamenti ssemma’ li l-clubs li japplikaw għall-kompetizzjonijiet tal-UEFA jridu jagħmlu testijiet mediċi lill-players…

Aktar