Futbol lokali
FILMAT: Tasal it-tieni rebħa ta’ Birkirkara u jilħqu lill-istess Santa Lucia

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Santa Lucia…….0

Birkirkara……….2

Wara t-telfa xejn mistennija kontra Gudja United it-Tnejn li għadda, Birkirkara rrispondew bl-aħjar mod meta fit-tieni logħżba fis-Centenary Stadium is-Sibt huma għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 2-0. Għalkemm ma kenitx logħba li offriet wisq emozzjonijiet, Birkirkara ħadu dak li riedu biż-żewġ gowls ta’ Tarabai, wieħed f’kull taqsima, biex b’hekk laħqu lill-istess Santa Lucia b’10 punti fil-klassifika.

Il-kowċ Oliver Spiteri għamel żewġ bidliet mill-ħdax li bdew fid-draw kontra Ħamrun Spartans il-ġimgħa li għaddiet. Jamie Zerafa u Camilo Escobar ħadu post Jackson Usuga Mendoza u Omar Elouni. Għal Birkirkara, il-kowċ Andreas Paus ukoll għamel żewġ bidliet mill-ħdax li bdew fit-telfa ta’ nhar it-Tnejn li għadda kontra Gudja. Matthew Guillaumier irritorna mis-sospensjoni u ħa post Enrico Pepe, filwaqt li Edison Luis Dos Santos beda minflok Miguel Angel Alba.

Fit-13-il minuta l-Karkariżi tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Guillaumier għadda lejn Prado li infiltra fil-kaxxa ż-żgħira, ġab lil Tarabai waħdu quddiem il-lasta bil-Brażiljan sorprentendament jitfa’ l-ballun barra. Fis-36 minuta Birkirkara ngħataw penalty meta Tarabai twaqqa’ fil-kaxxa u mill-11-il metru l-Brażiljan ma żbaljax biex tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka u ħalla lill-goalkeeper Caruana jħares. Żewġ minuti wara waslet ir-reazzjoni ta’ Santa Lucia, iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Riascos Torres kienet ċentrali u bla saħħa u ma nkwetatx lil Hogg. Fit-43 minuta l-goalkeeper ta’ Santa Lucia kellu jpatti għall-iżball tiegħu meta kklerja ħażin, il-ballun inżamm minn Prado li daħal fil-kaxxa imma x-xutt finali tiegħu kien imtajjar minn Caruana f’corner.

Fil-61 minuta Birkirkara għamluhom tnejn. Kien il-freekick fil-baxx lejn Edison Luis Dos Santos ‘Tarabai’ li b’xutt lejn il-lasti ra l-ballun jiddevja xi ftit, il-goalkeeper Caruana spiċċa megħlub u l-ballun spiċċa fix-xibka għal 2-0. Fit-78 minuta Birkirkara għal ftit m’għamluhomx tlieta meta Prado fuq il-ġirja qabeż lill-goalkeeper Caruana li kien f’nofs il-grawnd, imma wara li kellu jdur ma’ difensur ieħor prova jitfa’ fix-xibka mid-distanza, imma riħ waqqaf il-mixja tal-ballun u allura d-difiża ta’ Santa Lucia setgħet ittajjar il-ballun bla wisq inkwiet.

BOV Player tal-Logħba: Edison Luis Dos Santos ta’ Birkirkara

Referee: Malcolm Spiteri

Santa Lucia: R. Caruana (GK)(c), G. Bohrer Mentz, K. Pinheiro Correia (45+1’ N. Borg), K. Ante Rosero, C. Riascos Torres, J. Walker (L. Galea 80’), D. Agius, J. Zerafa (J. Magri Overend 66’), C. Escobar, R. Tachikawa, W. Gomes

Birkirkara: A. Hogg (GK), M. Guillaumier, E. Dos Santos, M. Vella, R. Briffa (c), F. Falcone, C. Attard, C. Prado (M. Mifsud 90’), O. Carniello (K. Zammit 87’), R. Fenech, I. Ntow

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Senglea A…..2 St Lucia……..5 L-ewwel azzjoni tal-partita tara lil Santa Lucia imorru fil-vantaġġ meta freekick ta’ Jamie Zerafa bil-ballun fuq ras Bohrer li tefa’ lejn Corriea…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER Birkirkara …………………2 Hibernians…………………1 Birkirkara komplew bir-riżultati pożittivi tagħhom meta f’logħba ferm mistennija huma għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-1. Birkirkara kien għadhom kemm ġabru 14-il punt fl-aħħar…

Futbol lokali

Kampjonat BOV Premier 2019/20 Gudja….0 Balzan…2 Balzan jitilgħu jokkupaw is-7 post tal-klassifika hekk kif irnexxilhom jirbħu lit-team ta’ Gudja. L-ewwel azzjoni tal-partita tasal mas-6 minuti logħob meta pass ta’ Winchester…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Mosta……..2 Ħamrun S…1 Fl-ewwel logħba tas-Sibt fl-Istadium Nazzjonali, Mosta għelbu lil Ħamrun Spartans 2-1, biex b’hekk ħadu rebħa wara żewġ telfiet konsekuttivi. Għal Ciaramella din kienet…

Aktar