
KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18
St Andrews………1
Birkirkara………..0
Is-Saints kienu ġejjin minn rebħa ta; 2-1 fuq Lija A. filwaqt li l-Istripes fl-aħħar dehra tagħhom tilfu kontra Hibernians bl-iskor ta’ 3-1. Joseph Farrugia u Andelkovic kienu sospiżi għal St. Andrew’s u Birkirkara rispettivament.
Fl-ewwel rawnd Birkirkara kienu rebħu dan il-konfront bl-iskor ta’ 2-0.
Fit-2 minuta minn pass ta’ Davis kien Atkinson li kkonkluda ftit barra. Fis-16 il-minuta lob minn quddiem il-lasta ta’ Jake Grech spiċċa għoli. Il-logħob kompli jiżvolġi f’nofs grawnd iżda fil-31 minuta daqqa ta’ ħarta għal B’Kara hekk kif tkeċċa għalihom Carlos Alberto Goncalves għal ritaljazzjoni fuq Matthew Gauci. Biex mal-45 minuta xutt bid-dawra ta’ Reid għadda ftit barra.
Fid-49 minuta s-Saints viċin li jiftħu l-iskor meta minn cross ta’ Reid kien Atkinson li b’lasta vojta ra x-xutt tiegħu jistampa mal-mimduda. Biex fit-52 minuta xutt mid-distanza ta’ Reid kien salvat minn Naumovski. Penalty għal St. Andrew’s fit-68 minuta wara li Vukanac waqqa lil Atkinson. Iżda mill-ħdax il-metru Reid ikkonkluda x-xutt b’saħħtu tiegħu mal-mimduda. Il-fortuna ma’ tantx daħqet lil St. Andrew’s hekk kif fil-75 minuta laqtu għal darb’oħra l-lasta b’konklużjoni ta’ Atkinson. Fit-80 minuta St. Andrew’s finalment fil-vantaġġ dan wara li fuq cross ta’ Atkinson l-ballun ġie mblukkat b’MISAEL MIRANDA GOMEZ jitfa ġewwa mill-viċin. Fit-83 minuta t-tieni penalty għas-Saints wara foul ta’ Jake Grech fil-kaxxa biex din id-darba kien imiss lil Blagrove li jara lill-gowlkeeper avversarju jsalva Minuta mit-tmiem Birkirkara appellaw għal penalty wara li l-ballun deher jaħbat ma’ id difensur tas-Saints. Ftit wara tkeċċa Grech għat-tieni karta safra fost protesti kbar.
Ikkontrolla din il-logħba r-referee mill-Federazzjoni ta’ Ġibilta Patrick Canepa . Il-player ta’ St. Andrew’s Kevaughn ġie magħżul bħala l-BOV Player tal-Logħba
Qormi Hotspurs baqgħu jittamaw illi jirbħu l-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni meta qabżu fl-ewwel post tal-klassifika iżda b’logħba aktar mir-rivali San Ġiljan Saints, wara li għelbu lil Naxxar Victorians bl-iskor ta’ 3-1….
KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 Floriana……..6 Lija A ………..2 Din il-partita kienet aktar tinteressa aktar lil Floriana milli lil Lija, tim li diġa’ kien relegat filwaqt li għat-tim tal greens kellu…
KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 Birkirkara ……………..4 Ħamrun Spartans…..2 Birkirkara jirnexxielhom jdawwru telfa f’rebħa, rebħa li tifisser li issa Birkirkara għandhom sieq waħda fl-Ewropa League dejjem jekk Sliema ma jkunux kapaċi…
KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 Hibernians ……….1 Balzan……………..0 Balzan riedu rebħa minn dan il-konfront biex jibqgħu fil-quċċata tal-klassifika filwaqt li Hibernians biex jaspiraw f’xi żelqa minn Birkirkara u Floriana u jiksbu…