Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Tliet punti importanti għal Santa Lucia biex jinqalgħu miż-żona l-ħamra

BOV Premier 2019/2020

 Santa Lucia…..2

 Gudja U………..1

Santa Lucia jiksbu 3 punti meritati kollox ma’ kollox fuq Gudja U. fid-derby, f’partita li fit-2 taqsima saret iktar ukoll ikkumbatuta, b’rebħa ta’ 2-1.

Fl-10 minuta, Santa Lucia jkollhom l-ewwel tentattiv fejn Jackson Mendoza jkollu x-xutt tiegħu mil-lemin jgħaddi ftit barra.

Fil-15-il minuta Santa Lucia fil-vantaġġ, azzjoni mil-lemin li jimblokka Jonathan Bondin ta’ Gudja, bil-ballun fl-arja li jidħol għalih bir-ras Kevin Ante Rosero li minn ġol-kaxxa jitfa’ fix-xibka għal 1-0.

Fit-23 minuta, Gudja U. jirrispondu meta Aiden Friggieri jgħaddi lejn Nivaldo Rodrigues Ferreira, bix-xutt tiegħu mix-xellug pero’ jiġi salvat parzjalment minn Timothy Aquilina bejn il-lasti, b’Santa Lucia li imbagħad jevitaw il-periklu.

Fit-30 minuta, Santa Lucia ikollhom lil Jackson Mendoza b’azzjoni oħra għalihom, ix-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa, ballun imblukkat f’korner.

Fit-33 minuta, Santa Lucia jirdupjaw meta ‘free-kick’ mix-xellug, ballun imblukkat, pero Jackson Mendoza b’xutt verament sabiħ minn barra l-kaxxa fil-baxx jitfa’ fix-xibka tal-Gudja, Santa Lucia 2-0 Gudja U.

Minuti wara l-gowl, kontrattakk ta’ Santa Lucia fejn Paulo De Azevedo jitfa’ għoli minn taħt il-lasti, wara li rċieva mil-lemin minn Maxuell Maia da Silva.

Tieni taqsima; 56 minuta, u azzjoni ta’ Gudja U., xutt ta’ Aiden Friggieri ballun imblukkat, biex imbagħad Justin Grioli dejjem għal Gudja U. mil-lemin ikollu x-xutt tiegħu salvat faċilment minn Timothy Aquilina.

59 minuta, Santa Lucia jkollhom xutt sabiħ mil-lemin ta’ Kevin Ante Rosero mill-kaxxa, ballun salvat f’korner mill-gowlkeeper ta’ Gudja U. Jonathan Debono.

63 minuta, eżitazzjoni fid-difiża ta’ Santa Lucia, b’Edison Bilbao Zarate minn taħt il-lasti jqabbeż minn fuq Aquilina, ballun li jispiċċa għoli.

71 minuta, u jnaqqsu d-distakk Gudja U. xutt tajjeb tas-sostitut Renold Winchester mill-kaxxa, Santa Lucia 2-1 Gudja U.

BOV Plejer tal-Partita-Kevin Ante Rosero (Santa Lucia)

Referee-Trustin Farrugia Cann

Formazzjonijiet:

Santa Lucia-T.Aquilina, M.G. Bohrer, K.Correia, J.Mendoza (C), M.M. Da Silva, K.Ante Rosero, J.Walker, D.Agius, J.Zerafa, P. De Azevedo, L.Grech

Gudja U.-J.Debono, J.Farrugia, J.Bondin (C), A.J.Friggieri, E.B.Zarate, A.De Barros, M.Jimenez, H.Vella, N.R.Ferreira, J.Grioli, I.Gonzalez Benac

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Ġimgħa ttelgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Europa League. Il-Poloz irriżultaw hekk: İstanbul Başakşehir (TUR) – Copenhagen (DEN) Olympiacos (GRE) – Wolves (ENG) Rangers (SCO) – Leverkusen (GER) Wolfsburg (GER)…

Futbol lokali

Fi tmiem il-ġimgħa jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni tal-FA Trophy ta’ dan l-istaġun 2019/20. F’Konferenza stampa organizzata mill-MFA tkellmu l-kowċis u l-uffiċjali tat-tmien teams li se jkunu nvoluti fl-erba’ logħbiet…

Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Aktar