Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Tlieta minn Fontanella…Valletta fis-sitt post

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

VALLETTA……..3

SIRENS………….1

Valletta telgħu fit-sitt post tal-klassifika b’9 punti wara li għelbu lil Sirens bi skor ta’ 3-1.

L-ewwel azzjoni tasal wara biss 3 minuti logħob, liema azzjoni rat lit-team Belti jmur fil-vantaġġ meta cross ta’ Tulimieri sab lil Fontanella waħdu quddiem ‘il lasta li kompla l-ballun fix-xibka.

Ir-risposta ta’ Sirens tasal mal-21 minuta meta freekick li nkariga minnu Brandan, il-ballun jasal fuq ras Albanese bil-konklużjoni tgħaddi viċin tal-lasta u tibqa’ sejjer barra.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima tasal mal-64 minuta meta azzjoni personali ta’ Lucas Campos li baqa’ javvanza, cross fuq ras Fontanella li kkonkluda ħazin.

Fis-66 minuta azzjoni personali ta’ Vieira li baqa’ javvanza bix-xutt tiegħu jiġi salvat minn Guarnone u minuta wara penalty għal Sirens li nkariġa minnu Kemar Reed liema attent ikun għal darba oħra Guarnone li żamm lit-team Belti jgawdi goal vantaġġ.

Fil-71 minuta għal darba oħra Sirens, meta cross ta’ Jackson, ballun fuq ras Reed bi Guarnone jsalva mingħajr diffikultà.

Fit-82 Valletta jiskurjaw it-tielet gowl hekk kif azzjoni ta’ Campos bix-xutt tiegħu jiġi parzjalment salvat mill-gowler Mintoff, il-ballun jispiċċa għand Fontanella li waħdu quddiem lasta vojta kompla l-ballun fix-xibka wara Mintoff.

Fis-87 minuta, Sirens inaqqsu id-distakk minn freekick ta’ Adrian Borg, il-ballun fuq ras Avoce li kkonkluda fix-xibka wara Guarnone.

Fid-90 minuta, Valletta sabu x-xibka għat-tielet darba hekk kif azzjoni ta’ Sala, ballun jispiċċa għand Fontanella li tefa’ fir rokna tax-xibka għat-tielet darba personali.

Player ta logħba: Mario Fontanella (Valletta)

Ref: Philip Farrugia

Valletta: Alessandro Guarnone, Tristin Caruana, James Arthur, Haris Dilaver, Shaun Dimech, Christian Gauci, Rowen Muscat, Eslit Sala, Caio Pardo, Mario Fontanella, Kevin Tulimieri.

Sirens: Sean Mintoff, Kemar Reid, Fernando Brandan, Diegi Albanese, Adrian Borg, Jacob Walker, Carlo Lonardelli Zammit, Alexander Cini, Carlos Raiscos, Degran Jackson, Vitor Vieira

Miktub minn...
TVM Sport