
Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Tmien plejers sospiżi għall-partiti li jmiss
Il-Kummissarju tad-DIxxipplina tal-Malta Football Association issospenda diversi plejers għall-partiti rispettivi li jmisshom fil-Kampjonat BOV Premier.
Il-plejers sospiżi partita huma: Paul Fenech ta’ Balzan; Jefferson De Assis u Nevin Portelli ta’ Gżira United; Kevin Tulimieri ta’ Mosta; Ryan Scicluna ta’ Sirens; John Mintoff ta’ Sliema Wanderers; Eslit Sala ta’ Valletta filwaqt li Vitor Vierira ta’ Żejtun Corinthians ġie sospiż tliet partiti.