Futbol lokali
FILMAT Kampjonat BOV Premier: Valletta b’ħarsithom lejn it-titlu b’rebħa minima fuq Mosta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Mosta …….0

Valletta …..1

Il-21 logħba tal-kampjonat Premier rat lil Valletta jakkwistaw tlett punti importanti fuq it-team ta’ Mosta kif ukoll jitilgħu jokkupaw l-ewwel post b’żewġ punti distakk mis-seġwaċi Hibernians. Valletta għamlu ċert li jieħdu l-kontroll tal-logħba b’mod immedjat b’dan iwassal għat team ta’ Miller jistenna lill-avversarji u jippruva jaqbad lid-difiza Beltija bil-Kontrattakk.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara biss żewġ minuti logħob meta freekick għal Mosta li nkariga minnu Rafael Morisco bil-ballun jasal fuq ras Gianluca Cuomo li mill-viċin tefa’ barra.

Mas-6 minuta logħob Valletta jmorru fil-vantaġġ meta Angel Alba mill viċin tefa l-ballun fix-xibka wara li minn cross il-gowler ta’ Mosta Moto Yves laqa’ parzjalment biex Alba japprofitta u tefa’ lit-team Belti fil-vantaġġ.

Mad-29 minuta Valletta viċin li jkabbru l-vantaġġ meta azzjoni personali ta’ Gavrila u minn tarf il-kaxxa ra x-xutt tiegħu jgħaddi jħokk mal-lasti.

36 minuta logħob, freekick għal Valletta jinkariga minnu Alba li min qadgħa angulata Moto Yves idawwar f’corner.

41 minuta għal darba’oħra Valletta meta minn corner ta’ Gavrila bir-ras Kaljevic jara l-ballun jaħbat mal-minduda u jispiċċa barra.

43 minuta ċans għal Mosta meta pass ta’ Duane Bonniċi lejn James Brincat li mill viċin tefa’ ferm għoli.

Minuta wara tasal ir-risposta ta’ Valletta meta xutt ta’ Angel Alba jilqa’ parzjalment Moto Yves bil-ballun jispiċċa għand Fontanella bix-xutt tiegħu jispiċċa barra.

Tmiem l-ewwel taqsima Mosta 0 Valletta 1.

L-ewwel kif ukoll l-unika azzjoni denja ta’ nota ta tieni taqsima waslet mal-64 minuta meta xutt ta’ Fontanella jilqa’ Moto Yves mingħajr diffikulta’.

Riżultat Finali: Mosta 0 Valletta 1

Player tal-logħba: Angel Alba (Valletta)  

Referee: Trustan Farrugia Cann

Attendenza: 555

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Darren Abdilla hu l-kowċ il-ġdid ta’ Valletta FC. Hu ffirma kuntratt li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2021/2022. L-aħbar saret uffiċjali ilbieraħ filgħaxija. Abdilla kien strumentali biex Gżira United FC għamlu…

Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol lokali

Manuele Blasi, l-ex plejer tas-Serie u tat-tim nazzjonali Taljan, mil-lum sar il-kowċ ta’ Hamrun Spartans FC. Blasi se jkun qed jibdel lil Giovanni Tedesco li ħalla l-kariga tiegħu biex ingħaqad…

Futbol lokali

Brandon Cassar, Nickolas Paris u Mattia Calleja huma tliet plejers li jiffurmaw parti mill-iskwadra ta’ taħt it-13-il sena ta’ Fgura United F.C. u li għadhom kif esperjenzaw erbat ijiem taħriġ fi Siena, fl-akkademja…

Aktar