Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Valletta, Birkirkara u Gżira Utd jiktbu lill-Prim Ministru
Jappellaw biex l-eżitu tal-kampjonat ikun deċiż fuq mertu esklussivament sportiv u mhux fuq il-mejda.

TVMSport jista’ jikkonferma li l-uffiċċju tal-Prim Ministru rċieva ittra mingħand il-clubs ta’ Valletta, Birkirkara u Gżira Utd fejn it-tliet clubs juru x-xewqa li l-kampjonat Premier tal-football jitkompla u l-merti jingħataw fuq il-pitch.

Fl-ittra ndirizzata lill-Prim Ministru Robert Abela it-tliet clubs jgħidu li huma nfurmati li għada se ssir laqgħa fejn se tkun diskussa t-tkomplija jew le tal-kampjonat Premier.

Filwaqt li jesprimu l-fehma li l-protokoll mediku mħejji mill-MFA għar-ritorn tat-taħriġ u l-logħob kompetittiv jgħin biex ikun hemm diliġenza, il-clubs jirrimarkaw li s-suċċess li kellu l-pajjiż fil-mod kif indirizza l-kriżi tal-coronavirus jagħti lok biex il-kampjonat jitkompla kif se jitkompla f’pajjiżi oħra fejn is-sitwazzjoni kienet agħar.

It-tliet clubs fl-ittra jiktbu wkoll li l-impenn tagħhom għat-tkomplija tal-football ġej anke mill-fatt li bejniethom jimpjegaw aktar minn mitt ruħ u jiġġeneraw aktar minn terz tad-9 miljun ewro li jintefqu fil-kampjonat Premier kull sena: u dan l-investiment jimmerita eżitu fejn ir-rebħ tal-kampjonat u s-sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej ikunu deċiżi fuq mertu esklussivament sportiv u mhux fuq il-mejda.

L-ittra hija ffirmata mill-president ta’ Gżira Utd Sharlon Pace u mill-viċi-presidenti ta’ Valletta u Birkirkara Alex Fenech u Michael Valenzia.

L-MFA kienet diġà qalet li deċiżjoni finali jekk għandux ikompli jew le l-kampjonat premier, tingħata nhar it-Tnejn li ġej wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Aktar