Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Valletta jaqbżu fit-tielet post

KAMPJONAT PREMIER 2019/20

Valletta……….2

Sliema………..1

Valletta reġgħu rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor minimu ta’ 2-1. Dawn it-tliet punti kienu ferm prezzjużi minħabba li issa t-tim mill-kapitali qabżu fit-tielet post tal-klassifika, ħames punti bogħod mil-liders Floriana.

Valletta kellhom lil Steve Borg sospiż filwaqt li s-Slimiżi ma setgħux jinkludu lil John Mintoff minħabba l-istess raġuni.

Min-naħa l-oħra ma deherx lanqas il-gowlkiper ta’ Valletta Henry Bonello sabiex minfloku lagħab Yenz Cini.

Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel okkażjoni fit-22 minuta meta xutt bid-dawra ta’ Matteo Piciollo għadda barra.

Fl-34 minuta kien Enmy Pena Beltre li għadda tajjeb u l-kross fil-baxx tiegħu ġie antiċipat minn difensur Slimiż qabel ma seta’ jilħaq Rowen Muscat.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq biż-żewġ timijiet fi dro ta’ 0-0.

Bdiet it-tieni taqsima u Valletta resqu viċin meta wara kross mil-lemin, kien Mario Fontanella li b’daqqa ta’ ras sab lil Entonjo Elezaj attent.

Fl-54 minuta Elezaj reġa’ kien attent meta salva xutt tajjeb ta’ Shaun Dimech bil-ballun li jispiċċa f’korner.

Fis-57 minuta, xutt ta’ Rowen Muscat għal Valletta spiċċa barra. Ħames minuti wara l-plejer internazzjonali Malti kien aktar preċiż wara li x-xutt b’saħħtu u fil-baxx tiegħu ħasad lill-gowkiper Taljan.

Valletta issiġġillaw ir-rebħa fil-85 minuta wara lob mill-isbaħ ta’ Mario Fontanella li ħalla lil Elezaj iħares.

Proprju fl-aħħar minuti tal-logħba Sliema ngħataw penalty meta Jean Borg waqqa’ lil Juri Cisotti fil-kaxxa.

Mill-11-il metru kien Ivan Vasilchik li għamilhom 2-1.

Minkejja kollox, kien kollu ta’ xejn minħabba li kienu Valletta li ħadu t-tliet punti finali.

Skor Finali: Valletta 2 Sliema 1

Valletta: Yenz Cini, Jonathan Caruana (Nicholas Pulis 62 min), Ryan Camilleri, Matteo Piciollo (Santiago Malano 88 min), Shaun Dimech, Jean Borg, Enmy Pena Beltre, Rowen Muscat, Miguel Angel Alba (Bojan Kaljevic 62 min),, Triston Caruana, Mario Fontanella.

Sliema: Entonjo Elezaj, Antonio Stelitano, Kurt Shaw, Jonathan Pearson (Peter Xuereb 83 min), Mark Scerri, Federico Vasilchik, Claudia Zappa (Alex Satariano 54 min), Juri Cisotti, Edmond Agius, Arthur Oyama, Goran Adamovic.

Referi: Glen Tonna

Asst: Roberto Vella, Mark Ciantar.

Skorjaw: Rowen Muscat 62 min, Mario Fontanella  85 min (V)

Imwissija: Edmond Agius (S)

BOV Plejer tal-Logħba: Enmy Pena Beltre (Valletta)

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-ex player internazzjonali Malti Noel Turner irritorna ma’ Sliema Wanderers bħala assistant kowċ, jassisti lit-Taljan Andrea Pisanu. Turner għadu ġej minn esperjenza mal-MFA fl-irwol doppju tiegħu fl-aħħar snin bħala kowċ…

Futbol lokali

Bejn il-ġimgħa u s-Sibt MD19 tal-Kampjonat BOV Premier, il-ġimgħa tliet logħbiet, fis-sebgħa fil-Hibernians Stadium Floriana kontra Tarxien Rainbows, fl-Istadium Nazzjonali fis-sitta Sirens kontra Sliema Wanderers, warajha l-partitissima ta’ tmiem il-ġimgħa…

Futbol lokali

Il-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association issospenda partita lil erba’ plejers mill-Kampjonat BOV Premier. Il-plejers huma Leandro De Silveira ta’ Hibernians; Rafael Morisco ta’ Mosta; Emanuel Okoye ta’ Sirens u Matthew…

Futbol lokali

It-team nazzjonali Malti se jilgħab partita ta’ ħbiberija maċ-champions Ewropej il-Portugall f’Ġunju. Il-partita għalkemm għad trid tiġi konfermata formalment mill-FA Portugiża hija skedata għal ftit jiem qabel il-Portugall jitilqu għal…

Aktar