Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Valletta jegħlbu lil Santa Lucia b’gowl uniku u jieħdu tliet punti importanti

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Valletta…………1

Santa Lucia…..0

Valletta u Santa Lucia niżlu fil-grawnd bit-tir li jiġbru l-punti massimi f’dan il-konfront, wara li fl-ewwel rawnd dan il-konfront kien intemm bir-riżultat ta’ draw, b’gowl wieħed għal kull tim.

Fl-ewwel taqsima ż-żewġ timijiet ħarġu agressivi ferm u t-tim ta’ Valletta kienu qrib il-gowl wara biss minuta logħob, hekk kif Fontanella rċieva ballun tajjeb ferm fil-kaxxa ta’ Santa Lucia, iżda x-xutt tiegħu jmur barra.

Wara għaxar minuti logħob ikun imiss lit-tim ta’ Santa Lucia li wara żball min-naħa tal-gowlkeeper ta’ Valletta, Jenz Cini, Da Silva jipprova jsib ix-xibka mill-bogħod, bil-ballun imur bi ftit barra.

Il-partita kellha sensiela ta’ attakki miż-żewġ timijiet, iżda kien biss żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima li Malano ta’ Valletta ra lill-gowlkeeper ta’ Santa Lucia Montfort jiġġebbed kemm jista biex waqqaflu x-xutt.

Wara din l-azzjoni Ante Rosero għal Santa Lucia pprova jaħsad lill-gowlkeeper ta’ Valletta b’xutt minn tarf il-kaxxa, iżda Cini kkontrolla mingħajr l-ebda problema.

Fit-tieni taqsima Valletta skurjaw wara żewġ minuti logħob hekk kif Pena Beltre daħal fil-kaxxa u xxutja, u Montfort ftit setgħa jagħmel hekk kif il-ballun baqa’ dieħel fix-xibka.

Wara l-gowl Valletta kisbu l-kontroll asolut tal-partita u għalkemm ma skurjawx irnexxielhom itemmu l-partita b’rebħa u tlett punti mportanti.

BOV Plejer tal-Partita: Enmy Pena Beltre ta’ Valletta

Referee: Stefan Pace

Formazzjonijiet: 

Valletta: Cini  Yenz(GK), Camilleri Ryan(C), Caruana Triston, Malano Santiago, Piciollo Matteo, Dimech Shaun(Tonna Ryan 77’), Pena Beltre Enmy, Sala Eslit, Aguirre Leandro, Maric Ivan, Fontanella Mario.

Santa Lucia: Montfort Miguel, Tabone Desira Timothy(Michael Camilleri 70’), Prates Rodrigues Andre, Correia Kevin, Magri Overend Miguel, Pulis Nicholas(Xuereb Kieran 86’), Da Silva Souza Alan, Ante Rosero Kevin, Zerafa Jamie, Caseres Augusto, Tachikawa Rei(Motta Leandro 64’)

Miktub minn...
TVM Sport