Futbol lokali
FILMAT: Valletta jibdew b’rebħa taħt Cardoso, aktar problemi għal Balzan

Kampjonat BOV PREMIER 2020/21

Valletta………1

Balzan……….0

Wara nuqqas ta’ kważi xaħar barra mil-logħob u taħt it-tmexxija tal -coach il-ġdid Mendes Cardoso, Valletta kisbu rebħa ta’ 1-0 fuq Balzan.

Wara 5 minuti logħob pass fit-tul lejn Moussa Sanoh li baqa javvanza pero fl’aħħar sekondi ikklerja Jean Borg, ħames minuti wara xutt ċentrali ta’ Kyrian Nwoko u Vranes salva bla diffikulta.Fil 31 minuta free-kick ta’ Milan Duric u Bonello salva faċilment.

Fl’42  minuta Valletta fetħu l’skor meta Matteo Piciollo baqa dieħel fil kaxxa, jitwaqqa minn Samir Arab il-ballun spiċċa ghand Nwoko li tefa il-ballun fix-xibka pero wara diversi protesti u argumenti Valletta jingħataw il-penalty mir-referee Agius, li ġie skurjat minn Miguel Angel Alba.

Fit-58 minuta xutt b’saħħtu minn barra l’kaxxa ta’ Matteo Piciollo jispiċċa ftit barra .Fis -77 minuta Piciollo kompla lejn Santiago Malano bix-xutt ta’ dan jiġi salvat b’ diffikulta minn Vranes.Fit-82 minuta azzjoni tas-sostitut Shaun Dimech bix-xutt ta’ dan deħer destinat għall ġewwa pero minn fuq il-linja ikklerja Augustine Loof.

Referee : Darryl Agius

BOV Plejer tal-partita : Matteo Piciollo ( Valletta FC).

Formazzjonijiet.

Valletta FC.

H.Bonello, S.Malano, R.Fenech ( N.Pulis 85’), M.Picciolo ( S.Dimech 80’), K.Nwoko, J.Borg, E.Pena Beltre, R.Muscat ( T.Caruana 80’), L.Agiurre, M.A.Alba( E.Sala 91’), M.Jovanovic.

Balzan FC.

V.Vranes, A.Loof, S.Arab, M.Duric, P.Fenech ( S.Cipriott 62’), S.Pisani ( G.Camilleri 82’), S.Bezzina ( A.Effiong 63’), M.D.Johnson, U.Ljuborimac, M.Sanoh ( A.Andrejic 6’), W.Gomes.

Miktub minn...
TVM Sport