Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Valletta jirbħu wkoll u jibqgħu ras imb’ras ma’ Floriana fil-quċċata

Gżira Utd…………0

Valletta ……...1

Tliet punti mportanti għal Valletta b’rebħa fuq Gżira Utd li tippermettihom iżommu l-pass ras imb’ras ma’ Floriana fil-quċċata tal-Kampjonat BOV Premier.

Fil 21 minuta azzjoni tajba ta’ Shaun Dimech li kompla lejn Matteo Piciollo bix-xutt ta’ dan jispiċċa għoli, ftit wara f’attakk tal-Maroons xutt ta’ Zachary Scerri għadda ftit barra mil-lasti ta’ Bonello. Minuta qabel spiċċat l-ewwel taqsima xutt fil baxx ta’ Nicolai Muscat u Bonello dawwar f’korner.

Fil 54 minuta korner għall Gżira li ngħata minn Marco Criaco u daqqa ta’ ras ta’ Fernando Barbosa tispiċċa barra. Ftit wara pass ta’ Miguel Angel Alba lil Mario Fontanella pero x-xutt fuq il-ġirja ta’ dan jispiċċa barra. Ftit wara xutt mill-viċin ta’ Matteo Piciollo u d-difiża tal- Maroons timblokka b’diffikultà. Fis 60 minuta free-kick ta’ Hamed Kone u Bonello salva faċilment. Fit 68 minuta kross mil-lemin ta’ Miguel Angel Alba u daqqa ta’ ras ta’ Bojan Kaljevic tgħaddi ftit għoli.

Fid-79 minuta freekick ta’ Alba ġie mdawwar f’korner minn Haber,  korner li ngħata mill-istess Alba daħal qalb id-difiża Steve Borg u mill-viċin għeleb lil goalkeeper Gżirjan. Fil-ħin miżjud xutt b’saħħtu ta’ Miguel Angel Alba jahbat mal-lasti ta’ Gżira.

Riżultat finali : Gżira Utd 0 v Valletta 1.

Referee : Malcolm Spiteri.

BOV Plejer tal-partita : Matteo Piciollo (Valletta)

Gzira Utd.

J.Haber, F.Barbosa, G.Conti, N.Muscat, Z.Scerri, R.Soares, J.Corbolan, D.Xuereb, A.Samb, M.Criaco, M.Davis.

Valletta FC.

H.Bonello, S.Borg, R.Camilleri, B.Kaljevic, M.Picciolo, S.Dimech, J.Borg, E.P.Beltre, R.Muscat, T.Caruana, M.Fontanella.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Futbol lokali

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Football Association, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo ikkomunika l-aħħar direzzjoni li l-assoċjazzjonijiet tal-football ewropej ingħataw mill-UEFA kif ukoll uffiċjaliżża l-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu…

Aktar