Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Valletta jiskurjaw tlieta u jieħdu l-ewwel tliet punti

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Birkirkara….0

Valletta……..3

Wara 7 minuti Valletta fuq l-attakk, Piciollo lil Fontanella dan lil Rowen Muscat li x-xutt tiegħu ġie imblukkat minn Naumovski.

Ftit wara il-Karkariżi wieġbu b’xutt ta’ Terrance Agius li ġie imblukkat f’korner mid-difiża Beltija.

Fis-36 minuta Bojan Kaljevic li kien qed jiddebuta fit-tim Belti, kompla lejn Fontanella li xutt mill-viċin tiegħu ġie mblukkat minn Naumovski, ftit wara xutt b’saħħtu ta’ Kaljevic u l-goalkeeper Karkariż reġa’ mblokka………………………………………………………………..HT 0-0.

Fit-tieni taqsima Valletta ħarġu aktar fuq l-attak u fis-56 minuta marru fil vantagg, il-kross mil-lemin ta’ Miguel Alba għola tajjeb Bojan Kaljevic u b’daqqa ta’ ras għeleb għall kollox lil Naumovski.

Fis-70 minuta Valletta komplew jattakkaw u xutt angulat ta’ Matteo Picciollo reġa’ ġie mblukkat minn Naumovski.

Fid-79 minuta xutt fil baxx tas-sostitut Kyrian Nwoko u Naumovski dawwar f’korner.

Fit 82 minuta Valletta kabbru l-skor meta Mario Fontanella b’xutt fil-baxx angulat għamel l-skor 2-0 u żewġ minuti wara il-Beltin aċċertaw ir-rebħa tagħhom meta is-sostitut Bogdan Gavrila baqa’ javvanza fuq il-lemin u b’xutt fil baxx għamel l-skor finali Valletta 3 v B’kara 0 biex b’hekk waslet l-ewwel rebħa għaċ- Champions dan l-istagun.

BOV Player tal partita : Bojan Kaljevic ( Valletta FC.).

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Enrico Pepe, l-ex fidensur ta’ Floriana u Hamrun Spartans, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Id-difensur Taljan iffirma kuntratt ta’ tliet snin. Pepe hu wieħed mill-aqwa difensuri li hawn fil-futbol Malti….

Futbol lokali

It-tliet Viċi Presidenti attwali tal-Malta Football Association reġgħu ġew nominati mill-klabbs u l-Assoċjazzjonijiet Membri biex jikkontestaw l-elezzjoni li se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju. TVM Sport jinsab infurmat…

Futbol lokali

Alfonso Greco, il-kowċ Taljan li fil-passat kien diġà f’Malta, se jirritorna ma’ Sliema Wanderers. Greco mistenni jasal f’Malta matul din il-ġimgħa. Greco, ta’ 51 sena, se jkun qed jieħu post…

Aktar