Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Valletta jitilgħu punt taħt Balzan

Kampjonat BOV Premier 2017/18

Lija Athletic…..1

Valletta…………3

Valletta punt biss taħt Balzan wara li iddominaw lil Lija Athletic bi skor ta’ 3-1.

Valletta ħarġu mill-ewwel fuq l-attakk u wara biss żewġ minuti logħob huma laqtu lasti ta’ Lija b’xutt b’saħħtu ta’ Matteo Piciollo. Fil-15-il minuta free-kick għal Valletta li ngħata minn Miguel Angel Alba u xutt mill-viċin ta’ Albert Prosa ġie salvat minn Luke Bonnici.

Fl-24 minuta żewġ xuttijiet konsekuttivi ta’ Piciollo u Malano, it-tnejn ġew imblukkati mill-goalkeeper Bonnici b’diffikultà.

Żewġ minuti wara Saleh kompla lejn Piciollo iżda x-xutt ta’ dan ġie imdawwar f’korner minn Bonnici u ftit wara daqqa ta’ras ta’ Ibrahim Saleh spiċċat ftit gholi.

Il-Belt komplew b-attakki u fit-30 minuta xutt ta’Manuel Pena Beltre ġie imdawwar f’korner minn Bonnici b’għajnuna tal–lasti.

Fit-34 minuta Valletta fethu l-skor meta Piciollo ikrossja għan-nofs daħal Albert Prosa li mattar saqajh u tefa’ l-ballun ġewwa.

Fit-43 minuta Valletta reġgħu laqtu lasti ta’ Lija b’xutt ta’ Piciollo wara li rċieva pass perfett mingħand Malano.

Fit-tieni taqsima Valletta komplew bid–dominanza tagħhom. Fis-57 minuta kross mix-xellug ta’ Piciollo u daqqa ta’ ras ta’ Prosa tgħaddi ftit barra, u ftit wara xutt ta’ Matteo Piciollo spiċċa ftit għoli.

Fis-66 minuta Valleta rduppjaw l-skor meta Ibrahim Saleh kompla lejn Miguel Angel Alba u dan b’xutt għar-rokna għeleb lil Bonnici.

Fil-75 minuta Valletta skurjaw it-tielet goal tagħhom, meta Miguel Angel Alba b’azzjoni personali kkonkluda b’xutt b’saħħtu fil baxx li għeleb lil Bonnici.

Fl-aħħar minuta Lija skurjaw il-goal ta’ konsulazzjoni bi free-kick dirett ta’ Erjon Beu li għeleb lil Bonello.

BOV Player tal partita : Matteo Piciollo ( Valletta FC ).

Ref : Ishamel Barbara.

Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Futbol lokali

Goal ieħor illum għall-Player internazzjonali Malti Jean Paul Farrugia li skorja ma’ Chiasso fil-kampjoant Svizzeru fit-telfa tat-team tiegħu 4-1 kontra Aarau. Chiasso jilgħabu fit-tieni Diviżjoni tal-kampjonat fl-Iżvizzera u bħalissa jinsabu…

Futbol lokali

FA TROPHY 2017/18 – KWARTI TAL-FINALI Hibernians…..0 Sliema W……..0 (Sliema jirbħu bi skor ta’ 4-1 wara l-għoti tal-penalties) Ref : Matthew Degabriele. Dawn iż-żewġ timijiet tal- premier waslu sa din…

Futbol lokali

FA TROPHY 2017/18 – KWARTI TAL-FINALI Lija Athletic…..1 Balzan………….3 Balzan kellhom id-dmir illi jkomplu l-mixja tagħhom f’din it-Tazza meta kienu ser jiltaqgħu kontra t-tim li kien jinsab fil-qiegħ tal-klassifika tal-kampjonat…

Futbol lokali

FA TROPHY 2017/18 – KWARTI TAL-FINALI VALLETTA ………………………… 2 ZEJTUN C. ………………………… 0 Valletta kif kien mistenni kisbu post fis-semifinali tal-FA Trophy b’rebħa ta’ 2-0 fuq Zejtun. Mingħajr ma taw…

Aktar