Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Valletta jtemmu l-ewwel rawnd fit-tieni post b’rebħa minima fuq Ħamrun Spartans
KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20
Ħamrun S………0
Valletta …………1

Valletta temmew l-ewwel rawnd fit-tieni post flimkien ma’ Gżira wara li fl-aħħar logħba tar-rawnd għelbu l-isfida ta’ Ħamrun Spartans grazzi għal daqqa ta’ ras ta’ Mario Fontanella fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima.

L-ewwel taqsima taqsima verament kwieta minn dawk li huma azzjonijiet quddiem il-lasta fejn Valletta kellhom gowl ta’ Rowen Muscat imħassar wara li Tulimieri deher imiss il-ballun b’idu, filwaqt li lejn tmiem it-taqsima Hamrun appellaw għal penalty, biex fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima wasal il-gowl tal-vantaġġ ta’ Valletta meta minn kross preċiż ta’ Pena Beltre kien Fontanella li bir-ras għeleb lil Bartolo.

Fit-tieni taqsima kien hemm ir-reazzjoni ta’ Ħamrun, anki jekk fil-50 minuta kienu Valletta li resqu qrib meta minn nofs il-grawnd Fontanella llobbja għal ġewwa bil-goalkeeper Bartolo għal ftit ma jagħmilx awtogowl.

Fil-51 minuta Soares waħdu wara kontrattakk Ħamruniż bil-goalkeeper Bonello jsalva f’żewġ tentattivi. Mas-siegħa logħob kross mix-xellug ta’ Failla u Domoraud bir-ras mill-viċin ma jsibx il-lasta, u żewġ minuti wara minn azzjoni ta’ freekick kien is-sostitut Ryan Darmanin li xeħet fit barra mill-viċin.

Fit-73 minuta illużjoni tal-gowl għall-Beltin bix-xutt ta’ Joseph Zerafa jaħbat man-naħa ta’ barra tax-xibka, u fis-87 minuta l-aħħar intervent ta’ Bonello li dawwar għal korner b’diffikulta xutt mid-distanza ta’ Criaco.

Ikkontrolla l-logħba Ishmael Barbara bl-awtur tal-gowl Mario Fontanella magħżul bħala l-BOV plejer tal-logħba.
Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Malta Football Association illum varat proġett ġdid ta’ programm tat-televiżjoni mmirat speċifikament għat-tfal f’dan iż-żmien meta ħafna qedgħin kostretti jqattgu l-ħin tagħhom id-dar. L-għan ta’ dan il-programm bl-isem ta’ ‘Training…

Futbol lokali

Waqt laqgħa permezz ta’ video-conference li saret illum bejn il-UEFA u l-55 assoċjazzjoni membru, fosthom Malta, l-Assoċjazzjoni Ewropeja tal-futbol ħabbret xenarji ġodda dwar id-deċiżjoni jekk u meta l-kampjonati domestiċi fl-Ewropa…

Futbol lokali

Il-COVID-19 qed jaffettwa anke s-settur tal-ekonomija sportiva f’pajjiżna. Huma ftit forsi dawk li jimmaġinaw li fost l-eluf ta’ impjiegi f’riskju li jintilfu f’pajjiżna hemm ukoll diversi impjiegi fil-futbol lokali. Sandro…

Futbol lokali

L-MFA issospendiet il-football kollu f’Malta u Għawdex b’mod indefinit. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-bureau tal-assoċjazzjoni li ddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-coronavirus f’telekonferenza bejn il-membri tiegħu llum. Id-deċiżjoni tgħodd anke għall-futsal. L-attivitajiet kollha tal-football…

Aktar