Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Valletta miżmuma minn Sirens b’gowl fl-aħħar sekondi

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

VALLETTA FC………..1

SIRENS FC…………….1

Valletta u Sirens spiċċaw fi draw biż-żewġ gowls jiġu skurjati lejn it-tmiem.

Wara 6 minuti logħob korner insidjuż għal Valletta li ngħata minn Miguel Angel Alba, ballun li ġie mtajjar minn fuq il-linja minn Manuel Angel Bustos.

Fis 17 –il minuta xutt ċentrali ta’ Matteo Picciolo li Miguel Montfort salva faċilment. Ftit wara xutt ieħor ċentrali ta’ Miguel Angel Alba u Montfort reġa’ salva. Fis 27 minuta korner ieħor għal Valletta li ngħata minn Miguel Angel Alba u d-daqqa ta’ ras ta’ Mihailo Jovanovic taħbat mal-lasta minduda.

Żewġ minuti qabel spiċċat l-ewwel taqsima korner ieħor ta’ Alba u daqqa ta ras ta’ Santiago Malano ġiet salvata b’diffikultà minn Montfort b’għajnuna tal-lasta.

Fl-54 minuta kontra-attakk ta’ Sirens, Samba Tounkara evita il-ħarġa ta’ Bonello, ikkrosja lejn Michael Mifsud pero dan laqat il-ballun ħażin u ċans intilef. Fis 67 minuta xutt mid-distanza ta’ Joseph Zerafa ġie mdawwar f’korner mid-difiza ta’ Sirens.

Erba’ minuti wara Valletta sfaw b’għaxar plejers meta tkeċċa Jovanovic għal foul Samba Tounkara. Fl-74 minuta xutt fil-baxx ta’ Joseph Zerafa għadda ftit barra. Fid-79 minuta azzjoni bejn Fontanella, Nwoko u Beltre bix xutt ta’ dan tal-aħħar jigi mblukkat minn Montfort.

Minuta wara Valletta sfaw b’disa’ players meta tkeċċa Eslit Sala għat-tieni karta safra.

Fl-84 minuta Valletta marru fil-vantaġġ, wara kross ta’ Zerafa, is-sostitut Jonathan Caruana b’daqqa ta’ras għeleb lil Montfort pero fil-95 minuta Sirens kisbu il-gowl ta’ dro meta Da Silva Maia kompla lejn Wilfried Domoraud li b’xutt mil-viċin għeleb lil Bonello.

Referee : Ishmael Barbara.

BOV Plejer tal-partita : Samba Tounkara ( Sirens FC).

Valletta FC.

H.Bonello, T.Caruana, S.Malano, M.Picciolo ( R.Fenech 61’), S.Dimech ( K.Nwoko 61’), E.P.Beltre, J.Zerafa, E.Sala, M.A.Alba ( J.Caruana 82’), M.Jovanovic, M.Fontanella (R.Tonna 89).

Sirens FC.

M.Montfort, J.Pearson( A.Borg 68’), R.Grech, R.Dos Anjos, M.Mifsud ( M.Da Silva Maia 76’), W.Domoraud, J.Walker, S.Tounkara, T.Agius ( L.Menezes 86’), A.M.Bustos, T.Espindola.

Miktub minn...
TVM Sport