Futbol lokali
FILMAT: Valletta rebħa bogħod mir-rebħ tal-kampjonat, kollox għall-aħħar logħba kontra Ħamrun

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Valletta………….1

Tarxien …………0

Gowl ferm sabiħ ta’ Miguel Angel Alba kien biżżejjed sabiex Valletta jegħlbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 1-0. Dawn it-tliet punti kienu fundamentali sabiex il-Beltin fetħu vantaġġ ta’ ħames punti fuq l-eqreb rivali Hibernians għalkemm b’logħba aktar minnhom.

It-tim mill-kapitali fetħu tajjeb u fit-tieni minuta ħolqu l-ewwel ċans tal-partita b’xutt tajjeb minn barra l-kaxxa ta’ Kyrian Nwoko bil-ballun jispiċċa għoli.

Fit-tmien minuta azzjoni oħra ta’ marka Beltija permezz ta’ Mario Fontanella iżda l-gowlkiper Tarxiniż Maverick Buhagiar ċaħħdu mis-sodisfazzjon tal –gowl.

Valletta jkollhom gowl imħassar ta’ Mario Fontanella fis-17-il minuta hekk kif il-plejer Taljan ġie ġġudikat li kien f’pożizzjoni ta’ offside.

Il-Beltin bdew jiddominaw il-pussess u ma kinitx sorpriża li marru fil-vantaġġ b’gowl tal-istampi. Kien Miguel Angel Alba li avvanza tajjeb u b’xutt b’saħħtu u pinġut ma ta l-ebda ċans lil Buhagiar isalva. 1-0 għal Valletta bil-plejer Arġentin li jiskorja l-għaxar gowl staġjonali tiegħu.

Bl-ewwel taqsima tintemm b’Valletta 1-0 minn fuq.

U kellna nistennew sad-69 minuta biex rajna azzjoni oħra denja ta’ nota fit-tieni taqsima hekk kif kien Santiago Malano għal Valletta li ta ferm tajjeb lil Mario Fontanella li x-xutt fil-baxx tiegħu ġie milqugħ ferm tajjeb minn Maverick Buhagiar.

Fis-70 minuta, il-partitarji Beltin ipprotestaw għall-penalty meta Kyran Nwoko deher jitwaqqa’ fil-kaxxa iżda r-referi ħalla l-logħob għaddej.

Fl-74 minuta kien Kyran Nwoko li rċieva tajjeb mix-xellug u xxuttja bil-ballun imurlu barra.

Proprju fil-ħin mogħti żejjed mir-referi kien il-gowlkiper Henry Bonello li salva lit-tim tiegħu fejn wara azzjoni ta’ korner, inħolqot taħwida fil-kaxxa Beltija sabiex ix-xutt finali ta’ Daniel Zerafa sab l-oppożizzjoni tal-gowlkiper internazzjonali Malti.

Kienet rebħa minima iżda prezzjuża għal Valletta li taf tkun deċiżiva għar-rebħ tal-kampjonat. Issa kollox jiddependi minn Hibernians li jżommu ħajja t-tiġrija għat-titlu finali.

Skor Finali: Valletta 1 Tarxien Rainbows 0

BOV Plejer tal-Logħba kien Miguel Angel Alba ta’ Valletta

Referi kien Stefan Pace.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Gżira United ikkwalifikaw għat-tieni rawnd tal-UEFA Europa League meta b’wirja kbira fit-tieni taqsima, anki meta kienu gowl minn taħt, irnexxielhom jiskurjaw tliet darbiet għal skor finali ta’ 3-1. Dan ir-riżultat…

Futbol lokali

UEFA EUROPA LEAGUE 2019/20 HIBERNIANS….0 SHAKHTYOR…..1 (Aggregate 0-2) Hibernians ma rnexielhomx jikkanċellaw l-iżvantaġġ tal-ewwel leg ilbieraħ kontra Shakhtyor Soligorsk, u dan minkejja li lagħbu għal ħinijiet twal bi plejer iktar….

Futbol lokali

Il-Complaints Board tal-Malta Football Association ta raġun lil Giovanni Tedesco, dwar iċ-ċifra li d-diriġenti tal-ex klabb tiegħu Hamrun Spartans kienu qed jitolbuh iħallas talli ngħaqad ma’ Gżira United FC qabel…

Futbol lokali

It-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, Lazio Club Malta se jorganizzaw attività interessanti għal dawk il-partitarji lokali ta’ dan it-tim Taljan. I Il-Coppa Italia li rebħu l-Biancocelesti f’Mejju li għadda ser…

Aktar