Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Wilfried Domoraud ta’ Hamrun Spartans jirbaħ il-BOV Plejer tax-Xahar għal Frar 2019

Wilfried Domoraud, il-plejer ta’ Hamrun Spartans FC, rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Frar 2019.

Il-plejer Franċiż li ssieħeb ma’ Hamrun Spartans f’Ottubru li għadda kien kruċjali biex tgħin lil Hamrun iżommu il-pożizzjoni tagħhom fl-ewwel nofs tal-klassifika tal-BOV Premier League.

Waqt li kienu 1-0 minn fuq kontra St Andrews, Domoraud ikkontrolla b’mod espert il-cross ta’ Criaco, u b’finta għeleb lill-goalkeeper ta’ St Andrews Bugeja għat 2-0 fl-84 minuta fi triqthom lejn rebħa ta’ 3-0.

Domoraud fetaħ l-iskor għal Hamrun fil-logħba tagħhom kontra Tarxien. Fit-13-il minuta, huwa għola ‘l fuq mid-difiża u minn corner tefa l-ballun fix-xibka bir-ras f’rebħa oħra ta’ 3-0.

Charles Azzopardi, Eżekuttiv PR & Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Player of the Month għal Frar 2019 lil Domoraud li għażel Dar Fra Diegu biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020 Gudja Utd……1 St Lucia……..1 Wara 6 minuti logħob xutt ta’ David Mendoza spiċċa ftit barra. Fl-20 minuta xutt tas-sostitut Omar Elouni ġie salvat mill-goalkeeper Debono. Fis-27…

Futbol lokali

Suċċess ieħor għall-Assoċjazzjoni tal-Malta Veterans taħt it-tmexxija tal-President Lino Bartolo hekk kif it-team spiċċa bħala runner up f’Tournament internazzjonali bl-isem ta’ Ascoli Veterans Cup fejn it-team Malti wasal sal-finali u…

Futbol lokali

Kwalifikazzjoni kampjonat Ewropew tan-Nisa taħt is-17 -il sena UEFA 2020. Illum it-team Malti mmexxi mill-kowċ Dorianne Theuma tilef bl-iskor ta’ 6-0 kontra Franza fl-ewwel logħba ta’ Grupp Ċ. Sa tmiem l-ewwel taqsima…

Aktar