Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Xokk kbir għal Floriana…jitilfu kontra Gudja United

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Floriana…..1

Gudja………2

Gudja U. f’ħames minuti jdawru telfa f’rebħa fuq Floriana għal rebħa ta’ 2-1, Floriana li ma sarrfux l-amministrazzjoni tagħhom f’gowls.

Kwarta logħob, Floriana fil-vantaġġ, kross mil-lemin, daqqa ta’ ras ta’ Matias Nicholas Garcia f’indeċiżjoni Gudjana, Floriana 1-0 Gudja U.

Fil-41 minuta, azzjoni oħra ta’ Floriana, korner mil-lemin ta’ Jan Busuttil, ‘first timer’ ta’ Tiago Adan Fonseca mill-viċin, ballun barra mil-lasti tal-Gudja U. difiċli minn Glen Zammit.

Tieni taqsima; 66 minuta, ‘free-kick’ mil-lemin ta’ Imanol Gonzalez għal Gudja, jitfa’ fix-xibka tiegħu stess, Enzo Ruiz bir-ras, għal 1-1, biex Miguel Jimenez b’xutt sabiħ ferm minn barra l-kaxxa għal Gudja U., ballun fin-naħa ta’ fuq tax-xibka, biex jagħmel ir-riżultat finali Floriana 1-2 Gudja U.

BOV Plejer tal-Partita-Miguel Jimenez (Gudja U.)

Referee-Darryl Agius

Formazzjonijiet:

Floriana: I.Akpan, E.Ruiz, K.Keqi, U.Arias, S.D’Agostino, J.Pisani (C), M.N.Garcia, A.Cini, M.Dias, J.Busuttil, T.A.Fonseca

Gudja U: G.Zammit, J.Farrugia, J.Bondin (C), A.J.Friggieri, E.Bilbao Zarate, R.Winchester, L.Cremona, M.Jimenez, J.A.Bolanos, J.Grioli, I.Gonzalez

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-14-il klabb tal-Kampjonat BOV Premier għandhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jsir mill-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun jekk kemm-il darba ma jitkomplix iżda seba’ klabbs qablu fil-prinċipju li dan il-kampjonat għandu…

Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Aktar