Futbol lokali
FILMAT: Żejtun C. jkomplu jgħoddsu iktar ‘l isfel lil Senglea A.

Kampjonat BOV Premier 2020/2021

 Zejtun C…………..3

 Senglea A…………1

 Zejtun C. jiksbu rebħa importanti għall-isfida tagħhom biex jevitaw l-aħħar 4 postijiet tal-klassifika, meta jegħlbu lit-tim ta’ Senglea A. bl-iskor ta’ 3-1, Senglea A. li jibqgħu jistennew l-ewwel rebħa tal-istaġun. Zejtun C. li kien jimmeritahom din ir-rebħa, b’Senglea li għalkemm juru xi ftit titjib fit-2 taqsima, pero’ tul il-partita qatt ma kien hemm dubju fejn kienu se jmorru l-punti.

Fl-ewwel azzjoni tal-partita fit-33 minuta, Zejtun C. imorru fil-vantaġġ. Jurgen Suda b’ġirja sabiħa mal-lemin jgħaddi lejn Vitor Vieira li mil-lemin b’xutt tajjeb fil-baxx fil-kaxxa jirnexxilu jitfa’ sabiħ fix-xibka għal Zejtun C. 1-0 Senglea A.

Sitt minuti wara, u ż-Żwieten saħansitra jirdupjaw b’gowl verament tajjeb, ġirja mix-xellug ta’ Vitor Vieira li jisraq ballun tajjeb, l-istess plejer li jgħaddi lejn Kemar Reid li fil-kaxxa mill-viċin jitfa’ fix-xibka tal-Isla, Zejtun C. 2-0 Senglea A.

 Tmiem l-ewwel taqsima-Zejtun C. 2-0 Senglea A.

 Bdiet it-tieni taqsima. Fit-53 minuta, Zejtun C. ikollhom ċans kbir li jagħmluhom 3, b’ġirja sabiħa ta’ Kemar Reid max-xellug li jidħol tajjeb fil-kaxxa bix-xutt tiegħu jispiċċa salvat f’korner. 58 minuta, Senglea A. jirrispondu b’azzjoni iżolata, kross mil-lemin ta’ David Xuereb, daqqa ta’ ras ta’ Wilkerson Gomes fil-kaxxa, ballun barra.

 Fis-62 minuta, il-Corinthians ikollhom free-kick mix-xellug ta’ Douglas Catanio Washington, daqqa ta’ ras ta’ Christian Grech fil-kaxxa, ballun għoli. Pero’ fl-64 minuta, Senglea A. jirnexxilhom inaqqsu d-distakk b’gowl mill-isbaħ, xutt ta’ Jan Tanti minn tarf il-kaxxa, ballun li jinżel ħelu ħelu fix-xibka, l-ebda ċans għal Christian Cassar bejn il-lasti ta’ Zejtun C. li jilqa’, Zejtun C. 2-1 Senglea A.

 Fis-66 minuta pero’ Zejtun C. jagħmluhom 3-1, Kemar Reid mill-viċin jitfa’ fix-xibka, wara ballun mil-lemin ta’ Jurgen Suda.

 Riżultat finali-Zejtun C. 3-1 Senglea A.

 BOV Plejer tal-Partita-Kemar Reid (Zejtun C.)

 Referee-Philip Farrugia

 Formazzjonijiet-

 Zejtun C.-C.Cassar, L.Moreira, K.Reid, J.Suda, T.Bonfim, C.Grech, V.Vieira (84′ R.Do Nascimento Santos), D.C.Washington (88′ G.Bugeja), E.Herrera, N.Tabone (C)(76′ G.Azzopardi), A.De Barros

 Senglea A.-M.Farrugia (C), S.Uyi, Z.Cassar, A.Abela (84′ J.Attard), F.Gnindokponou, I.Misan, D.Fava, J.Tanti, J.Dibola, D.Xuereb (80′ R.Song), W.Gomes

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'