Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Żelqa li tista’ tkun fatali għall-Pawlisti, jitilfu kontra Qormi

Hibernians….1

Qormi………..3

Daqqa ta’ ħarta għat-tamiet ta’ Hibernians li jirbħu l-Kampjonat BOV Premier dan l-istaġun b’telfa ta’ 3-1 ma’ Qormi li min-naħa tagħhom jiftħu tamiet ġodda li jevitaw ir-relegazzjoni diretta.

Hibernians kienu ġejjin minn rebħa kontra Birkirkara wara tliet draws konsekuttivi filwaqt li Qormi kienu tilfu l-aħħar tliet logħbiet kontra Tarxien, Ħamrun u Sliema rispettivament.

Hibernians kellhom lil Tiago Fonseca u Marcelo Dias sospiżi għal dan il-konfront.

Fit-tielet minuta Qormi nsidjużi meta kien De Oliveira li bi kross sab lil Rozzi bix-xutt ikun imxellef f’korner. Fl-10 minuta rrispondew Hibernians bi free kick ta’ Sahanek li Cassar salva. Minuta wara xutt angolat ta’ Rozzi għadda jħakkek mal-wieqfa.

Biex Qormi fetħu l-iskor mal-kwarta logħob meta minn korner ta’ Rozzi kien Yannick Yankam li bir-ras sab ir-rokna tax-xibka.

Ir-risposta tal-Pawlisti kienet immedjata hekk kif fit-18 il-minuta huma kisbu l-gowl tad-draw. Korner minn Sahanek, tinqala’ taħwida quddiem il-lasta ta’ Qormi, b’Andrei Agius jikkonkludi u b’Cassar isalva iżda minn wara l-linja, bil-gowl jiġi konvalidat fost protesti kbar mill-players ta’ Qormi.

Fit-23 minuta Hibernians viċin li jmorru fil-vantaġġ meta free kick ta’ Andrei Agius għadda jħakkek mal-wieqfa. Tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima xutt  ta’ Sahanek ħabat mal-wieqfa.

Biex fil-ħin mogħti żejjed Qormi mill-ġdid fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Yankam kien Antonio Rozzi li b’xutt fil-baxx sab ix-xibka.

Għaxar minuti fit-tieni taqsima freekick ta’ Sahanek kien salvat tajjeb mill-goalkeeper Cassar. Biex fit-63 minuta freekick ieħor ta’ Sahanek u daqqa ta’ ras t’ Andrei Agius falliet il-mira għal ftit.

Fis-77 minuta cross ta’ Sahanek u daqqa ta’ ras ta’ Marcolino għaddiet ftit barra. Għaxar minuti mit-tmiem għal Qormi tkeċċa Tensior Gusman għat-tieni karta safra.

Iżda mad-90 minuta Qormi ssiġillaw ir-rebħa hekk kif f’kontrattakk veloċi kien Malela Bangoura li poġġa l-ballun fir-rokna tax-xibka għal riżultat finali  Hibernians 1 Qormi 3: telfa li tħalli lit-team ta’ Raħal Ġdid fit-tieni post żewġ punti taħt Valletta, żewġ partiti mit-tmiem. Qormi min-naħa tagħhom jitilgħu żewġ punti biss taħt St Andrews, bil-possibilta’ li jaqbżuhom u jkunu huma li jilagħbu l-playoff biex iżommu posthom fil-Premier.

Ikkontrolla l-partita r-referee  Stefan Pace.

Il-player ta’  Qormi Yannick Yankam  ġie magħżul bħala l-BOV Player tal-Logħba.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Birkirkara……..1 Gżira UTD…….3  Gżira United ħadu t-tielet rebħa infila u baqgħu mhux megħluba meta fit-tieni logħba tas-Sibt fis-Centenary Stadium huma rebħu kontra Birkirkara bl-iskor ta’ 3-1….

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Sirens FC…………1 Floriana FC………4 Floriana baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat Premier meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 4-1. Il-Greens kienu kapaċi jdawru telfa f’rebħa u…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20. SENGLEA A……………………2 SLIEMA Wds………………….0 Senglea kienu ġejjin minn dro ta’ mingħajr gowls kontra St.Lucia filwaqt li s-Slimiżi kienu ġejjin minn telfa ta’ 1-0 kontra Sirens. Wara…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 MOSTA …………..1 SANTA LUCIA …0 Gowl skurjat minuta minn tmiem il-partita qaxleb il-miżien lejn Mosta dan wara li huma għelbu lil Santa Lucia f’logħba li ftit…

Aktar