Futbol lokali
Kampjonat BOV tal-1 Diviżjoni Nisa: Birkirkara jirbħu l-konfront dirett kontra Hibernians

Birkirkara komplew jikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-Kampjonat BOV tal-1 Diviżjoni tan-Nisa, meta fil-konfront dirett kontra Hibernians ilbieraħ filgħaxija, huma ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fil-35 minuta, bi ġmiel ta’ freekick ta’ Ylenia Carabott, eks-Hibernians. B’hekk Birkirkara għamlu d-double fuq Hibernians f’dan l-istaġun meta fl-ewwel rawnd kienu rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0.

Birkirkara s’issa rebħu l-logħbiet kollha li lagħbu, tmienja minn tmienja, u allura jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b’24 punt. Hibernians jinsabu fit-tieni post bi tmien punti warajhom u għandhom 16-il punt. It-tim ta’ Birkirkara mmexxi mill-kowċ Melania Bajada jinsab għaddej minn forma mill-aqwa meta f’dawn it-tmien logħbiet irnexxielhom jiskurjaw 32 gowl u qalgħu biss tnejn.

Il-Karkariżi jinsabu viċin li jirbħu t-tielet kampjonat konsekuttiv, xi ħaġa li s’issa għadhom qatt m’għamlu u bil-mod il-mod qegħdin joqorbu lejn Hibernians fir-rebħ tal-kampjonati. S’issa, Birkirkara rebħu 7 kampjonati kontra t-12 li rebħu Hibernians, u jekk jirbħu l-kampjonat f’dan l-istaġun, allura d-distakk bejniethom jinżel għal 4 kampjonati.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Felipe Augusto de Oliveira ta’ Kerċem Ajax huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar 2019. L-attakkant Brażiljan ingħaqad ma’ Kerċem fil-bidu tal-istaġun u minbarra li skorja f’7 partiti minn 11, huwa jgħin…

Futbol lokali

Il-plejers u membri tal-istaff tekniku tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol, dalgħodu għamlu ġest ta’ kuraġġ għal Jurgen Degabriele, l-attakkant ta’ Hibernians FC li weġġa’ fil-partita tas-Sibt li għadda mill-Kampjonat BOV Premier…

Futbol lokali

Għaxar plejers tal-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Mosta FC għandhom sospiżi żewġ plejers; lil Juri Cisotti u lil Gianluca Cuomo. Plejers oħra li ġew…

Futbol lokali

Ħamsa u għoxrin sena wara r-rebħa storika ta’ Malta kontra l-Belġju fl-istadium nazzjonali f’Ta’Qali bl-iskor ta’ 1-0, Carmel Busuttil tkellem pubblikament għall-ewwel darba u ammetta li Raymond Vella, ‘il-Mundu’, kien…

Aktar