Futbol lokali
Kampjonat BOV tal-1 Diviżjoni: Sirens jidhru destinati għall-Premier, San Ġwann ikomplu jirkupraw

Sirens 1 Żejtun C. 0

Sirens jidhru destinati għall-promozzjoni mill-Kampjonat BOV tal-1 Diviżjoni meta lbieraħ filgħaxija fil-Victor Tedesco Stadium huma ħarġu rebbieħa kontra Żejtun Corinthians bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl li ddeċieda l-logħba wasal fit-78 minuta meta Angel Manuel Bustos sab ix-xibka biex b’hekk Sirens issa għandhom 42 punt, għaxra aktar minn Gudja United li għandhom logħba inqas.

 

San Ġwann 2 Qrendi 1

Ikompli l-qawmien tat-tim ta’ San Ġwann wara bidu xejn feliċi f’dan l-istaġun meta lbieraħ fil-Luxol Stadium huma għelbu lill-Qrendi bl-iskor ta’ 2-1. Il-gowls kollha waslu fit-tieni taqsima, b’San Ġwann jiftħu l-iskor mas-47 minuta permezz ta’ Renan Oliviera Abner do Carmo u sitt minuti wara Jean Paul Attard għamilhom 2-0. Qrendi rnexxilhom jiskurjaw il-gowl tal-bandiera mat-tielet minuta fuq il-ħin regolamentari meta Kenneth Abela tefa’ fix-xibka għal riżultat finali ta’ 2-1 favur San Ġwann. B’din ir-rebħa San Ġwann telgħu b’16-il punt, l-istess daqs l-Imqabba li iżda għandhom logħba inqas u punt wieħed biss taħt il-Qrendi fin-naħa t’isfel tal-klassifika.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella rebaħ l-ewwel partita kontra t-Turkmenistan bi skor ta’ 2-1. Il-gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Zachary Brincat u…

Futbol lokali

Malta tilgħab l-ewwel partiti minn Grupp F tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020 għada s-Sibt kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn fi tlett ijiem għat-tim nazzjonali. Ray Farrugia,…

Futbol lokali

Il-gowlkiper Jurgen Borg, li bħalissa huwa proprjetà ta’ Gzira United FC u f’dan l-istaġun qiegħed b’self ma’ Żebbug Rangers, ġie kkundannat iħallas is-somma ta’ €14,936 u imgħax ta’ 5% lil…

Aktar