Futbol lokali
Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni: Qormi – Vittoriosa Stars posposta minħabba qtugħ ta’ dawl fil-Victor Tedesco Stadium

It-tieni partita tal-ġurnata mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni tal-lum ġiet posposta minħabba qtugħ ta’ dawl f’waħda mill-floodlights tal-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ fis-47 minuta hekk kif kienet għadha kif bdiet it-tieni taqsima.

Sa dak il-ħin, l-iskor kien għadu ma nfetaħx.

Daniel Casha, ir-referee tal-partita flimkien mal-assistenti stennew 15-il minuta bit-tama li titranġa s-sitwazzjoni.

Madankollu, diversi tentattivi biex tiġi rranġata s-sitwazzjoni sfaw inutli.

Sorsi ta’ TVM Sport, filwaqt li wrew il-frustrazzjoni tagħhom li se jkollhom jerġgħu jmorru jilagħbu taqsima waħda biss f’data li tikkonferma l-MFA, ikkonfermaw li d-dawl reġa’ beda ġej lura għan-normal meta l-plejers u r-referees kienu diġà nħaslu u bdew ħerġien ‘il barra mill-istadium.

Fl-ewwel partita tal-ġurnata, Fgura United għelbu lil Żebbuġ Rangers bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita skurjaħ Gilbert Martin fl-40 minuta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-ex player internazzjonali Malti Noel Turner irritorna ma’ Sliema Wanderers bħala assistant kowċ, jassisti lit-Taljan Andrea Pisanu. Turner għadu ġej minn esperjenza mal-MFA fl-irwol doppju tiegħu fl-aħħar snin bħala kowċ…

Futbol lokali

Bejn il-ġimgħa u s-Sibt MD19 tal-Kampjonat BOV Premier, il-ġimgħa tliet logħbiet, fis-sebgħa fil-Hibernians Stadium Floriana kontra Tarxien Rainbows, fl-Istadium Nazzjonali fis-sitta Sirens kontra Sliema Wanderers, warajha l-partitissima ta’ tmiem il-ġimgħa…

Futbol lokali

Il-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association issospenda partita lil erba’ plejers mill-Kampjonat BOV Premier. Il-plejers huma Leandro De Silveira ta’ Hibernians; Rafael Morisco ta’ Mosta; Emanuel Okoye ta’ Sirens u Matthew…

Futbol lokali

It-team nazzjonali Malti se jilgħab partita ta’ ħbiberija maċ-champions Ewropej il-Portugall f’Ġunju. Il-partita għalkemm għad trid tiġi konfermata formalment mill-FA Portugiża hija skedata għal ftit jiem qabel il-Portugall jitilqu għal…

Aktar