Hockey
Kampjonat EuroHockey III: bħalissa Turkija – Malta fil-Portugall

It-team nazzjonali Malti tal-hockey llejla fetaħ l-impenji tiegħu fil-Kampjonati Ewropej, Tielet Diviżjoni, f’Lousada il-Portugall, meta fit-8.00 beda jilgħab kontra t-Turkija.

Malta qegħda f’Pool A li fih ukoll il-Belarus. Fl-ewwel partita tal-grupp ilbieraħ, it-Turkija u l-Belarus ġew draw ta’ 2-2.

Il-Maltin imisshom jilagħbu mal-Belarus, l-Erbgħa wara nofsinhar.

L-avvanz fil-kampjonati jiddependi mill-pożizzjoni finali fil-grupp.

Tista’ ssegwi Turkija – Malta bil-live streaming hawnhekk billi tmur fuq il-paġna ta’ barra ta’ tvm.com.mt/sport u tillogja bl-email personali tiegħek.

 

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.