Waterpolo
Kampjonat Ewropew LEN 2020: Magħrufa l-iskeda tal-logħbiet tat-team Nazzjonali Malti

Waterpolo: Kampjonat Ewropew tal-LEN 2020, sar magħruf uffiċjalment il-kalendarju ta’ logħbiet tat-team Nazzjonali Malti għal dan il-kampjonat li se jsir fl-Ungerija bejn l-14 u l-24 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. L-ewwel logħba fi Grupp Ċ għal Malta se tkun kontra Spanja fl-14 ta’ Jannar, bit-tieni logħba dik l-iktar importanti fil-fażi tal-gruppi tkun kontra t-Turkija jumejn wara fis-16 ta’ Jannar bit-tielet logħba tal-grupp tkun kontra l-pajjiż ospitu l-Ungerija fit-18 ta’ Jannar. Jekk Malta tirbaħ kontra t-Turkija l-probabilita’ tkun li tispiċċa t-tielet fil-grupp u t-team jilgħab fl-20 ta’ Jannar possibilment kontra l-Montenegro li huma favoriti li jirbħu Grupp A. Jekk Malta titlef dik il-logħba t-team ikollu jilgħab żewġ logħbiet oħra għall-klassifikazzjoni finali fit-22 ta’ Jannar u fl-24 ta’ Jannar kontra possibilment kontra l-Georġia u s-Slovakkja.

Kampjonat Ewropew tal-LEN 2020.
Kalendarju tal-logħbiet

14 ta’ Jannar Malta – Spanja 13:00hrs
16 ta’ Jannar Malta – Turkija 11:30hrs
18 ta’ Jannar Malta – Ungerija 19:00hrs
20 ta’ Jannar Malta – Montenegro (possibilment)
22 ta’ Jannar Malta – Georgia (possibilment)
24 ta’ Jannar Malta – Slovakkja (possibilment)

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Il-bieraħ kompla l-kampjonat tal-waterpolo fejn fl-iktar logħba missielta u bilanċjata li kellna s’issa f’dan l-istaġun Birżebbuġa għelbu lil Sirens 9-8. Iż-żewġ logħbiet l-oħra kienu mingħajr storja bit-timijiet tal-Balluta jiksbu rebħiet…

Waterpolo

Mir-raba’  ġurnata tar-Round Preliminari, fil-Pixxina Nazzjonali ntlagħbu żewġ logħbiet, b’rebħiet għal Sliema Frank Salt Real Estate u Ta’ Xbiex. Exiles Ferretti 5   Sliema Frank Salt Real Estate 9 Sliema kienu…

Waterpolo

Mill-Kampjonat tas-Sajf, mil-lejla tibda r-raba’ ġurnata tar-Round Preliminari fil-Pixxina Nazzjonali. Iż-żewġ logħbiet jintlagħbu fis-18:15 u s-19:30 rispettivament: Marsaskala Fish n Fish – Ta’ Xbiex Aquatic Sports Club Exiles Sports Club…

Waterpolo

Bejn illejla u għada fil-Pixxina Nazzjonali tintlagħab it-tielet ġurnata tar-Round Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf tal-Waterpolo.; Illejla 18:15 Otters Nivea – Exiles Sports Club 19:30 Sliema Frank Salt Real Estate – Valletta…

Aktar