Waterpolo
Kampjonat Ewropew LEN 2020: Tkompli l-preparazzjoni b’erba’ logħbiet kontra Ortigia l-ġimgħa d-dieħla

Bħala għada ġimagħtejn it-team Nazzjonali Malti tal-waterpolo jidebutta fil-kampjonat ewropew tal-LEN 2020 bl-ewwel logħba fi Grupp Ċ kontra Spanja.
Minkejja dawn iż-żmien ta’ festi kompliet bla waqfien il-preparazzjoni tat-team Nazzjonali b’xejn inqas minn żewġ sessjonijiet kuljum taħt it-tmexxiaj tal-kowċis Karl Izzo u Anthony Farrugia.

Wara li għaxart ijiem ilu kien hawn f’Malta t-team taljan ta’ Palermo fejn intlagħbu tliet partiti ta’ ħbiberija TVM Sport jinsab infurmat li fis-7 ta’ Jannar se jkun hawn f’Malta team taljan ieħor tal-A1 din id-darba Ortigia li wkoll mistennija jilagħbu xejn inqas minn erba’ darbiet kontra s-selezzjoni ta’ Izzo.

Bil-kuntrarju għal-logħbiet ta’ kontra l-Palermo il-captain Stevie Camilleri li għal staġun ieħor fix-xitwa kien qed jilgħab ma’ Roma Nuoto se jkunu inkluż f’dawn il-logħbiet wara li irkupra minn injury fil-minkeb li żammitu barra mill-ilma għal xi jiem.

Il-logħbiet ta’ kontra l-Ortigia se jkunu test fiżiku importanti wkoll għal Jordan Camilleri li għadu għaddej bir-rijabilitazzjoni tiegħu minn injury fi spaltu. Meta kkuntatjat minn TVM Sport il-kowċ Nazzjonali Izzo ikkonferma li hu se jkun qed jagħżel l-iskwadra finali ta’ 13 -il player fl-10 ta’ Jannar jiġifieri ġurnata qabel ma’ jagħlaq iż-żmiem tar-reġistrazzjoni tal-players tat-teams nazzjonali kollha mal-LEN. Fost il-players hekk imsejħa stabbiliti u li kważi għandhom posthom garantit hemm Matthew Zammit, Dino Zammit, Jerome Gabaretta, Aurelien Cousin, Ben Plumpton, Andreas Galea b’indikazzjonijiet addizzjonali dwar iż-żagħżugħ Jake Muscat jista’ jagħmel id-debutt f’kampjonat ewropew ukoll.

Waqt il-Kampjonat Ewropew tal-LEN Malta se tkun qed tilgħab fil-grupp fl-ordni kontra Spanja, t-Turkija u l-Ungerija bit-tieni logħba kontra t-Torok kruċjali. Wara dawn it-tliet logħbiet Malta tilgħab għall-klassifikazzjoni finali.

Il-Kampjonat jibda fl-14 ta’ Jannar bil-logħbiet isiru kollha fid-Duna Arena ta’ Budapest. Il-logħbiet tat-team Nazzjonali Malti tal-waterpolo se jkunu qed jixxandru diretti fuq TVM2.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Mit-Tlieta 11 t’Awwissu l-Kampjonat tas-Sajf tal-Waterpolo għadda mir-Round Preliminari għall-Cross Overs, bl-ewwel żewġ logħbiet. Otters Nivea 6   Marsaxlokk Brown’s 10 Marsaxlokk għelbu lil Otters bil-punteġġ ta’ 10-6 meta rebħu l-ewwel…

Waterpolo

Fil-Pixxina Nazzjonali bejn illejla u għada tintlagħab is-sitt ġurnata tal-Kampjonat tas-Sajf fejn ser jibdew jintlagħbu l-Cross Overs. It-Tlieta 18:15 Otters Nivea – Marsaxlokk Brown’s 19:20 Sirens Mecca Marine Enterprises –…

Waterpolo

San Ġiljan pattew għat-telfa fil-finali tal-Enemend Cup 2020 kontra Sliema billi fl-ewwel logħba bejniethom fil-ħames ġurnata tar-Round Preliminari tal-kampjonat huma rebħu bl-iskor ta’ 9-8kontra l-Blues.  Logħba mill-isbaħ b’rebħa sofferta għal…

Waterpolo

Bejn illejla u għada fil-Pixxina Nazzjonali tintlagħab il-ħames ġurnata tar-Round Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf. B’kollox ser jintlagħbu ħames logħbiet qabel il-ġimgħa d-dieħla jibdew jintlagħbu l-Cross Overs. Illejla 18:15 Ta’ Xbiex Aquatic…

Aktar