Waterpolo
Kampjonat Ewropew taħt il-15-il sena: Rebħa kbira u pass ‘il bogħod minn kwalifikazzjoni

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena viċin li jikkwalifika għall-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew li se jsir fil-Portugall f’Lulju li ġej wara rebħa kontra s-Slovenja bl-iskor ta’ 17-4. Jonqos biss li Franza kif mistenni tirbaħ kontra s-Slovenja biex dan jiġi aċċertat.

It-tim immexxi minn Anthony Farrugia kien dominanti fejn spikka Jayden Cutajar li skorja disa’ gowls. Il-gowls l-oħra tal-Maltin waslu minn Enrico Mallia li skorja tnejn u gowl kull wieħed għal Luigi Dimech, Jayden Cassar, Zak Cutajar Licari, Elijah Schembri, Cain Miguel Cutajar u Lee Montebello Brownrigg.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League