Futbol internazzjonali
Kampjonat Futsal Euro U19 fuq TVM2 u fuq tvm.com.mt/sport

Nhar il-Ħadd fil-Latvja tibda l-ewwel edizzjoni tal-Kampjonat Futsal Euro għat-timijiet Taħt id-19-il sena: u TVMSport bi pjaċir iħabbar li se jkun qed juri l-logħbiet kollha tat-tournament diretti fuq TVM2 jew bil-live streaming fuq tvm.com.mt/sport

It-tmien timijiet li kkwalfikaw għall-finali huma maqsuma f’żewġ gruppi: il-Latvja, il-Polonja, il-Portugall u r-Russja fi Grupp A: u l-Kroazja, l-Ukrajna, Spanja u l-Olanda fi Grupp B.

Il-fażi tal-gruppi tintlagħab fuq tlett ijiem, b’erba’ partiti kuljum il-Ħadd, it-Tnejn u l-Erbgħa: bl-ewwel żewġ timijiet f’kull grupp jgħaddu għas-semifinali tal-Ħamis. Il-finalissima mbagħad il-Ħadd filgħaxija.

Il-logħob kollu se jsir fil-kapitali tal-Latvja, Riga.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Chelsea għelbu lil Tottenham Hotspur fil-partita li ntlagħbet kmieni fil-ġurnata. Il-Blues fil-vantaġġ b’gowl ta’ Olivier Giroud wara kwarta logħob. Chelsea jirduppjaw b’gowl ta’ Marcos Alonso mal-ftuħ tat-tieni taqsima. Tottenham jiskurjaw…

Futbol internazzjonali

L-ex Segretarju Ġenerali tal-FIFA Jerome Valcke u ċ-chairman tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni BeIN, Nasser Al-Khelaifi tressqu l-Qorti dwar frodi u korruzzjoni fid-drittijiet tal-televiżjoni marbuta ma’ diversi edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet….

Futbol internazzjonali

L-akkwist il-ġdid ta’ Barcelona Martin Braithwaite ammetta li ħassu sorpriż meta sar jaf li ċ-champions Spanjoli riedu jakkwistawh. L-attakkant tad-Danimarka ffirma erba’ snin kuntratt ma’ Barcelona minn ma’ Leganes wara…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni tal-futbol fil-Brażil inawgurat statwa tal-leġġenda Pele fil-kwartieri tagħhom. Din l-istatwa hi waħda minn sensiela ta’ avvenimanti li l-federazzjoni se tkun qed tiċċelebra l-50 anniversarju bihom f’Ġunju li ġej. Pele,…

Aktar