Futbol lokali
Kampjonat GFL BOV tal-1 Diviżjoni: Victoria Hotspurs jirbħu t-13-il kampjonat fl-istorja tagħhom

Victoria Hotspurs rebħu l-Kampjonat GFL BOV tal-1 Diviżjoni bi stil meta fil-Gozo Stadium huma għamlu ħerba minn Xewkija Tigers meta rebħulhom bl-iskor kbir ta’ 7-2. Għalkemm il-Hotspurs lagħbu aktar minn taqsima sħiħa b’raġel inqas, xorta waħda kienu superjuri għall-avversarji u qatt ma kienu fil-periklu li jfallu xi punti f’dan il-konfront.

Appena għaddew 3 minuti u l-Hotspurs fetħu l-iskor permezz ta’ Elton Da Silva, b’Henrique Maciel jirdoppja fit-12-il minuta. Man-nofs siegħa logħob it-tim tal-kapitali Għawdxija spiċċa bi plejer inqas meta Ferdinando Apap kien muri l-karta l-ħamra u mar fid-dressing room qabel sħabu. Imma n-nuqqas ta’ plejer fil-grawnd ma deherx li affettwa lill-Victoria Hotspurs li permezz ta’ Maciel żiedu ieħor fit-32 minuta biex għamluhom 3-0 u hekk baqgħu sal-mistrieħ.

Fis-47 minuta Xewkija dehru li ser iwettqu reazzjoni tant li Christian Bugeja tefa’ fix-xibka għal 3-1, imma mal-ewwel waslet il-kontro-risposta tal-Hotspurs li mal-50 minuta skurjaw permezz ta’ Christian Mercieca u l-iskor sar 4-1. Mat-53 minuta Xewkija mhux biss naqqsu d-distakk għat-tieni darba imma anke naqqsu l-plejers tagħhom fil-grawnd, għax l-ewwel kien Sergio Arturo Martinez Villa li tefa’ fix-xibka għal 4-2 u eżattament wara l-istess plejer dabbar il-ħamra u ż-żewġ timijiet spiċċaw b’għaxra. Minn hemmhekk ‘il quddiem Victoria Hotspurs reġgħu ħadu l-kontroll assolut tal-logħba u Emiliano Lattes għamilhom 5-2 fl-84 minuta. Elton Da Silva għaqqad il-hat-trick personali, meta skorja darbtejn fuq xulxin, fis-86 u fid-89 minuta biex żied mal-gowl tiegħu tal-ewwel taqsima u b’hekk għalaq ir-riżultat 7-2 favur il-Hotspurs.

B’hekk, wara li ġie fi tmiemu l-kampjonat, Victoria Hotspurs spiċċaw fl-ewwel post b’55 punt minn 20 logħba, b’Nadur Youngsters ikunu l-uniku tim li pruvaw iżommu l-pass meta spiċċaw l-istaġun 6 punti wara r-rebbieħa.

Anke Nadur Youngsters rebħu l-aħħar logħba tal-istaġun bil-kbir meta għelbu lil Kerċem Ajax bl-iskor kbir ta’ 6-0.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Ftit sigħat qabel l-aħħar partita tal-Kampjonat BOV Premier 2018/19, it-tmien kowċis tal-erba’ partiti kruċjali li se jiddeterminaw min jirbaħ it-titlu, min jispiċċa fir-raba’ post u min jiġi relegat, tkellmu u…

Futbol lokali

Birkirkara huma ċ-champions tal-football lokali tan-nisa għat-tielet staġun konsekuttiv wara li bi draw ma’ Hibernians żammew vantaġġ li bih ma jistgħux jintlaħqu iżjed fil-quċċata tal-klassifika. Fil-partita tal-bieraħ fis-Centenary Stadium, it-tfajliet…

Futbol lokali

TVMSport bi pjaċir jista’ jħabbar li l-finali tat-Tazza BOV GFA ta’ din is-sena, għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni se tintwera diretta fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Il-finali se tintlagħab fil-Gozo Stadium nhar il-Ħadd…

Futbol lokali

Eku tal-każ ta’ Jude Amin Utulu r-referee li kien sospiż għal għomru minn kull attivita’ fil-football mis-Sotto Kumitat tad-Dixxiplina tar-Referees. Fi żvilupp il-Board tal-appell tal-MFA wara li kkunsidra l-fatti u…

Aktar