Waterpolo
Kampjonat Nazzjonali: Rebħiet għal Ta’ Xbiex u San Ġiljan

Fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq bdiet it-tielet ġurnata tal-kampjonat b’żewġ logħbiet.

Mir-Rawnd Preliminari Grupp B iltaqgħu Otters Nivea kontra Ta’ Xbiex Amigos. Hawn rebħa għal Ta’ Xbiex 12-8. Is-sessjonijiet Otters l-ewwel 3-3, 2-3, 2-4 u 1-2. Kacar kien l-aħjar skorer għal Ta Xbiex b’sitt gowls.

Fit-tieni logħba San Ġiljan TUM Invest għelbu lil Birżebbuġa Freeport 16-7. 4-1, 4-2, 1-1 u 7-3 l-iskors tas-sessjonijiet fejn Dobud u Molina kienu l-aħjar skorers għal San Ġiljan b’4 gowls kull wieħed.

Illum jilgħabu M’Skala – Exiles, Neptunes – M’Xlokk u Sirens – Valletta.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Kampjonat Ewropew tal-LEN 2020, sar magħruf uffiċjalment il-kalendarju ta’ logħbiet tat-team Nazzjonali Malti għal dan il-kampjonat li se jsir fl-Ungerija bejn l-14 u l-24 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. L-ewwel logħba…

Waterpolo

Malta telgħet biex tilgħab fi Grupp Ċ mat-Turkija, Spanja u l-ospiti Ungeriżi fil-kampjonati Ewropej tal-LEN tal-Waterpolo f’Budapest f’Jannar li ġej. Il-poloz ittellgħu illejla f’Budapest stess: bis-sittax-il team finalista maqsuma f’erba’…

Waterpolo

Illejla jitilgħu l-poloz tal-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo tal-LEN li se jintlagħbu f’Budapest l-Ungerija f’Jannar tas-sena d-dieħla. Malta se tkun fl-urna numru 4 fil-polza mal-Ġermanja, Franza, u Olanda. Dan ifisser li permess…

Aktar