Futbol lokali
Kampjonat null jew kulħadd ippremjat skont il-klassifika preżenti? Reazzjonijiet imħallta fil-futbol Malti

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej.

F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social Dialogue li fih jinkludi l-istakeholders tal-futbol Malti. F’dan il-Kumitat hemm rappreżentanti tal-klabbs mid-diviżjonijiet kollha, rappreżentanti mill-Malta Football Players Association u rappreżentanti mill-Malta Football Association.

Jidher li l-ikbar indeċiżjonijiet jinsabu fil-fatt mit-tkomplija tal-kampjonati lokali u minn dak li se jkun qed jiġri fl-istaġun li ġej mid-diviżjonijiet kollha.

Jidher li jekk is-sitwazzjoni se tibqa’ dik li hi fil-preżent, l-MFA se tkun qiegħda tgħin lill-klabbs b’assistenza finanzjarja li se tkun qed titlob mill-FIFA u mill-UEFA. Fil-preżenti, diversi klabbs jinsabu staġnati ma jafux kif se jipproċedu bil-plejers u l-kuntratti tagħhom u dan se jkun qed iġib piż żejjed li jista’ jħalli riperkussjonijiet koroh fil-futur.

Waħda mill-aktar kwistjonijiet jaħarqu fil-preżenti hi dik dwar x’għandu jsir jekk is-sitwazzjoni tibqa’ waħda staġnata mingħajr ħjiel ta’ tkomplija.

TVMSport jinsab infurmat li l-klabbs kollha huma favur li l-partiti ma jistgħux ikomplu matul il-ġranet tas-sajf u dan minħabba kwistjonijiet ta’ saħħa u salarji tal-plejers. Għaldaqstant trid tittieħed deċiżjoni dwar jekk il-klassifika preżenti hux se tkun din finali, anki jekk fadal sitt partiti x’jintlagħbu.

Jidher li l-maġġoranza l-kbira tal-klabbs tal-kampjonat BOV Premier huma favur li jekk il-kampjonat ikollu jieqaf ħesrem, it-timijiet jiġu premjati jew ikkundannati skont il-klassifika.

Ilbieraħ, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li se tkun il-UEFA li tiddeċiedi l-eżitu finali ta’ dan kollu. Iżda wieħed irid jara jekk id-deċiżjoni tal-UEFA hux se tkun biss għall-fini tal-kompetizzjonijiet tagħha tas-sena d-dieħla u tħalli l-Assoċjazzjonijiet domestiċi jiddeċiedu jippremmjawx lit-timijiet skont il-klassifika preżenti jew inkella jiddikjarawx il-kampjonati u l-kompetizzjonijiet l-oħra nulli għal dan l-istaġun.

Jekk il-UEFA tiddeċiedi għall-kompetizzjonijiet tagħha biss ikun ifisser li Floriana FC jipparteċipaw fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej, bit-timijiet li jsegwu li jmorru fil-UEFA Europa League.

Iżda mbagħad sta għall-MFA jekk tagħtix it-titlu lil Floriana u jekk jiġux relegati l-aħħar żewġ timijiet fil-klassifika u tintlagħabx ukoll il-partita tar-Relegation Play-Off.

TVMSport jinsab infurmat li l-opinjonijiet f’dan ir-rigward bejn il-klabbs huma mħallta ħafna u maqsuma, b’diversi klabbs jgħidu li kulħadd għandu jiġi premjat skont il-pożizzjoni tiegħu fil-klassifika u oħrajn li ddikjaraw anki fil-miftuħ li l-kampjonati għandhom jiġu kollha nulli.

Se tkun biss kwistjoni ta’ ħin u ġranet. Iżda d-deċiżjoni trid tittieħed malajr kemm jista’ jkun biex kulħadd ikollu direzzjoni ’il fejn sejjer u jibda jipprepara għal staġun ieħor.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Gozo Football Association ipreżentat it-tazza ta’ champions tal-BOV Gozo Football League tat-tieni diviżjoni għall-istaġun elfejn u dsatax, elfejn u għoxrin lil Sannat Lions f’ċeremonja qasira kundizzjonata minn protocol sabiex ikunu…

Futbol lokali

Delegazzjoni mill-Gozo Football Association komposta mill-President Dr Samuel Azzopardi, Anthony Grech Segretarju Ġenerali u George Cini Teżorier tal-istess Assoċjazzjoni kellha laqgħa mal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fejn ġew diskussi proposti…

Futbol lokali

Steve Borg, id-difensur tat-tim nazzjonali Malti u l-plejer li għal dawn l-aħħar snin mexxa d-difiża ta’ Valletta FC, fis-sigħat li ġejjin se jsir plejer ta’ Gżira United FC. Borg hu…

Futbol lokali

Sitt klabbs tal-kampjonat BOV Premier ingħataw il-liċenzja tal-UEFA li biha jistgħu jikkompetu fl-istaġun li ġej. Dawn il-klabbs huma Balzan, Floriana, Gżira United, Hibernians, Sirens u Valletta. Dawn il-liċenzji ngħataw wara…

Aktar