Futbol lokali
Kampjonat Premier: Gowl ta’ Kaljevic irebbaħ lil Mosta

MOSTA……………….1 

STA LUCIA………….0

Mosta kisbu rebħa minima ta’ 1-0 b’gowl uniku skurjat fl-ewwel minuti tal-partita. B’din ir-rebħa Mosta laħqu lill-istess Santa Lucia bi tmien punti f’nofs il-klassifika.

Wara 5 minuti logħob, kontra-attakk tas-Saints, il-kross ta’ Alan Da Silva u xutt fil-pront ta’ Rei Tachikawa spiċċa għoli. Erba’ minuti wara Mosta fetħu l-iskor. Korner li ngħata minn Clayton Failla l-ballun qabeż lill-goalkeeper Vella u Bojan Kaljevic b’daqqa ta’ ras tefa ġewwa. Fil-15 il-minuta kross mil-lemin ta’ Michael Camilleri u daqqa ta’ ras ta’ Rei Tachikawa salvata mill-akkwist il-ġdid ta’Mosta, Henri Mafoumbi.

Fid-29 minuta azzjoni personali ta’ Christ Ememe li baqa javvanza lejn il-lasti tas-Saints pero’ xutt finali tiegħu għadda ftit għoli. Ftit qabel spiċċat l-ewwel taqsima xutt fil-baxx ta’ Kevin Ante Rosero ġie salvat mil-goalkeeper Mafoumbi.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Santa Lucia ħarġu fuq l-attakk, u xutt insidjuż ta’ Alan Da Silva ġie mtajjar f’korner minn Clayton Failla.Fit-58 minuta wara azzjoni ta’ free-kick ta’ Failla il-ballun ġie għand Kevin Tulimieri iżda t-tenattiv ta’ dan kien salvat minn Vella.Fis-66 minuta free kick għal-Mosta li ngħata minn Kevin Tulimieri  u Vella dawwar f’korner.

Fl-74 minuta wara azzjoni ta’ free-kick mogħti minn Alan Da Silva, Magri Overend kompla lejn Duarte Da Silva bix-xutt ċentrali ta’ dan jiġi mdawwar f’korner minn Mafoumbi.

Riżultat finali : Mosta FC  1 v St.Lucia 0

Referee : Trustin Farrugia Cann

BOV Pleyer tal-partita : Bojan Kaljevic ( Mosta FC )

Mosta FC

C.H.Mafoumbi , C.E.Ememe,  J.Bezzina ( M.Attard 89′),  C.Failla,  T.Farrugia,  T.Yokochi ( D.Debono 66′),  M .Muchardi,  L.Portelli  ( D.Bonnici 66′), R.Morisco,  B.Kaljevic,  K.Tulimieri( G.Sciberras 78′)

Santa Lucia FC

A.Vella, T.Tabone  Desira  ( J.Delmar 85′), A.F.Prates,  J.Da Silva Duarte,  K.Correia,  A.S.Da Silva, R.K.Ante,  F.V.Prestes , M.Camilleri (A.Magri Overend 68′),  R.Tachikawa,  K.Xuereb ( R.Camilleri 68′).

 

 

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League