Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Arsenal jitilfu f’darhom u Newcastle jieħdu xi ftit tan-nifs

Sheffield UTD 0   Newcastle UTD 2

Newcastle ħadu xi ftit tan-nifs fil-Kampjonat Ingliż meta l-Ħamis filgħaxija għelbu lil Sheffield UTD 2-0. Kien Saint-Maximin li fetaħ l-iskor mal-kwarta logħob, u Jonjo Shelvey għalaq il-logħba fis-70 minuta bit-tieni gowl.

Arsenal 1   Brighton 2

Fl-aħħar logħba tal-15-il ġurnata, kompla jikber l-inkwiet għal Arsenal meta f’darhom tilfu ma’ Brighton 2-1. Webster skorja l-ewwel gowl ta’ Brighton fis-36 minuta u hekk baqgħu sal-mistrieħ. Fit-tieni taqsima l-Gunners għamlu l-iskor indaqs b’gowl ta’ Lacazette fil-50 minuta, imma għaxar minuti mit-tmiem Maupay skorja t-tieni għal Brighton biex ħarġu rebbieħa fl-Emirates Stadium.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara nuqqas ta’ ħames xhur, mil-lejla tirritorna l-aqwa kompetizzjoni Ewropea, il-UEFA Champions League. Żewġ logħbiet illejla u tnejn oħra għada jiddeċiedu erba’ kwartifinalisti ta’ din il-kompetizzjoni. Juventus – Lyon (agg….

Futbol internazzjonali

Bayer Leverkusen 1   Rangers 0 (agg. 4-1) Fil-BayArena, Bayer Leverkusen komplew jikkonfermaw id-dominju tagħhom fuq Rangers meta rebħulhom 1-0 u għaddew għall-kwartifinali b’aggregate ta’ 4-1. Il-gowl uniku tal-logħba kien skurjat…

Futbol internazzjonali

F’inqas minn ġimgħa wara r-rebħ tal-FA Cup, li permezz t’hekk Arsenal ser jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej, faqqgħet il-bomba li 55 persuna mill-istaff ser jitneħħew. Filwaqt li l-klabb…

Futbol internazzjonali

Inter ser jiffirmaw lil Alexis Sanchez mingħand Manchester United. Din l-aħbar taha Giuseppe Marotta l-Erbgħa waranofsinhar u issa l-plejer ser jingħaqad permanenti mat-tim minn Milan. Alexis Sanchez ingħaqad m’Inter b’self…

Aktar