Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Bejn illejla u l-Ħamis tintlagħab l-24 ġurnata

It-Tlieta filgħaxija jintlagħab programm ta’ logħob mill-Kampjonat Premier Ingliż, b’diversi konfronti li jafu jċaqilqu l-klassifika. Watford iridu jibqgħu jibnu fuq l-aħħar wirjiet tagħhom, b’Manchester City iridu jinsew id-diżappunt tal-aħħar logħba meta jmorru għand Sheffield UTD f’logħba li xejn mhi ser tkun faċli. L-aktar interess ser ikun fi Stamford Bridge, fid-derby ta’ Londra bejn Chelsea u Arsenal. It-tim ta’ Lampard iridu jiġu lura mit-telfa fi tmiem il-ġimgħa u ma jistgħux jitilfu aktar punti jekk iridu post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej. Għal Arsenal is-sitwazzjoni hija ftit aktar prekarja, għaliex għalkemm minn mindu ħadhom Arteta tjiebu xi ftit, xorta waħda għadhom lura mill-Gunners li nafu fil-passat. Il-logħob kollu huwa dan:

20:30 Aston Villa – Watford

20:30 Bournemouth – Brighton

20:30 Crystal Palace – Southampton

20:30 Everton – Newcastle UTD

20:30 Sheffield UTD – Manchester City

21:15 Chelsea – Arsenal

 

L-Erbgħa

20:30 Leicester City – West Ham

20:30 Tottenham H. – Norwich

21:15 – Manchester UTD – Burnley

 

Il-Ħamis

21:00 Wolves – Liverpool

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Europa League_logħbiet li bdew fid-9pm_l-ewwel legs fażi tat-32 APOEL Nicosia 0 – 3 Basel Rebħa komda f’Ċipru għal Basel 3-0 ma’ APOEL Nicosia, żvizzeri fil-vantaġġ mal-kwarta logħob minn Raoul…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League logħbiet tas-sebgħa mir-Round tat-tnejn u tletin Getafe 2-0 Ajax Getafe għelbu lil Ajax 2-0, goal tal-1-0 għall-ispanjoli minn Deyverson fis-sebgħa u tletin minuta, fil-ħin miżjud 2-0 skurjat…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: Żewġ partiti oħra mill-ewwel leg tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni. Tottenham….0 Leipzig………..1 Rebħa importanti għal Leipzig li barra minn darhom għelbu lil Tottenham Hotspur f’Londra bi skor ta’ 1-0….

Futbol internazzjonali

Real Madrid jippreżentaw lill-midfielder Reinier Jesus, Brażiljan żagħżugħ ieħor ta’ 18-il sena, mingħand Flamengo. Reinier deher jemozzjona ruħu waqt il-konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha ġie ppreżentat u rringrazzja lill-ġenituri tas-sagrifiċċji li…

Aktar