Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Burnley jirbħu għand Crystal Palace

Crystal Palace 0   Burnley 1

Gowl ta’ Ben Mee fit-62 minuta kien id-differenza bejn Crystal Palace u Burnley, biex b’hekk il-Clarets telgħu fit-tmien post tal-klassifika b’45 punt. Għal Crystal Palace din kienet it-tieni telfa konsekuttiva li ħallithom fil-11-il post tal-klassifika.

Illejla tintlagħab logħba waħda mill-Kampjonat Premier Ingliż, fejn fid-21:15 Brighton & Hove Albion jilagħbu kontra Manchester United.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA