Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Chelsea miżmuma draw minn Burnley, b’tal-aħħar kważi ċerti minn post fil-Premier

Fl-Ingilterra, Chelsea laħqu lit-Tottenham Hotspur fil-klassifika meta għandhom logħba aktar, wara li lbieraħ filgħaxija huma spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Burnley. Dan jista’ jitqies bħala draw diżappuntanti għaċ-Chelsea fi Stamford Bridge meta għadhom qegħdin jiġġieldu għall-aħħar żewġ postijiet tal-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej. Fil-fatt kienu Burnley li fetħu l-iskor wara 8 minuti logħob, meta bi ġmiel ta’ first timer, Jeff Hendrick spara fix-xibka mid-distanza għal 1-0. Reazzjoni immedjata miċ-Chelsea, meta fit-12-il minuta huma ġabu l-iskor indaqs. Kien Hazard li għadda l-ballun lejn N’Golo Kante li b’xutt tajjeb ċentrali tefa’ fix-xibka għal 1-1. Burnley dehru maħsuda, u l-Blues approfittaw, tant li fl-14-il minuta marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ. Kien Gonzalo Higuain li rċieva l-ballun u minn qagħda ideali ma żbaljax biex għamilhom 2-1. Bil-partitarji warajhom, Chelsea dehru li setgħu jamministraw il-logħba, imma Burnley ma qatgħux qalbhom u fl-24 minuta ġabu l-iskor indaqs. Kien Wood li bir-ras indirizza l-ballun fid-direzzjoni ta’ Ashley Barnes li b’daqqa ta’ ras oħra ma żbaljax biex għamel l-iskor 2-2.

Fit-tieni taqsima Chelsea għamlu dak kollu li setgħu sabiex jippruvaw jirbħu dan il-konfront, imma quddiemhom sabu r-ras iebsa tat-tim ta’ Burnley, u b’dan id-draw, tal-aħħar huma kważi ċerti li ser isalvaw posthom fil-Premier Ingliż, għax meta fadal tliet logħbiet għal tmiem l-istaġun huma jinsabu 9 punti ‘l bogħod mit-18-il post tal-klassifika, li jfisser relegazzjoni għaċ-Championship.

Illejla titkompla l-35 ġurnata tal-istaġun b’żewġ logħbiet:

20:45 Tottenham H. – Brighton
20:45 Watford – Southampton

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Illum wara nofs in-nhar minn Grupp B il-Ġappun għelbu lill-Messiku bl-iskor ta’ 3-0. Taisei Miyashiro fetaħ l-iskor fil-21 minuta biex fit-tieni taqsima l-Ġappun skurjaw darbtejn oħra minn Kyosuke Tagawa fit-52…

Futbol internazzjonali

Charlton ġew promossi għaċ-Championship wara li f’Wembley Stadium llum wara nofs in-nhar fil-play off għall-promozzjoni huma għelbu lil Sunderland bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Sunderland li fetħu l-iskor minn auto goal…

Futbol internazzjonali

Il-players ta’ Bayern Munich iċċelebraw ir-rebħ tad-double bi pranzu kbir is-Sibt filgħaxija. Iċ-Champions Bayern għelbu lil Leipzig bl-iskor ta’ 3-0 fil-finali tat-Tazza Ġermaniża aktar kmieni s-Sibt. Il-gowls ta’ Bayern waslu…

Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Aktar