Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: David Moyes jerġa’ jinħatar manager ta’ West Ham

West Ham keċċew lill-manager Manuel Pellegrini wara t-telfa tas-Sibt kontra Leicester City. Il-Hammers ma tantx damu bla manager għaliex ftit sigħat wara, f’inqas minn 24 siegħa, huma reġgħu ħatru lil David Moyes bħala manager tagħhom b’kuntratt ta’ sena u nofs. Moyes, li għandu 56 sena, reġa’ rritorna mal-Hammers wara li fl-istaġun 2017/18 kien irnexxilu jsalva lill-klabb milli jiġi relegat f’temp ta’ sitt xhur. Jidher li Moyes għandu l-istess missjoni issa, għaliex fil-preżent West Ham jinsabu fis-17-il post tal-klassifika, punt biss fuq iż-żona tar-relegazzjoni.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-attakkant ta’ Porto Moussa Marega ħalla l-grawnd bi protesta wara korijiet razzisti fil-konfront tiegħu waqt il-logħba bejn Vitoria Guimaraes u Porto. L-attakkant ta’ 28 sena mill-Mali rnexxilu jiskorja t-tieni gowl…

Futbol internazzjonali

Tħabbret il-mewt ta’ Herry Gregg, l-ex gowlkiper Irlandiż ta’ Manchester United. Gregg baqa’ jissemma bħala wieħed mill-eroj tat-traġedja tal-ajru ta’ Munich li fiha kien involut it-tim ta’ Manchester United, lura…

Futbol internazzjonali

Manchester City ġew sospizi sentejn milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej, UEFA Champions League u UEFA Europa League, għal ksur serju fir-regoli tal-financial fair play. Apparti din is-sospensjoni li tista tiġi appellata,…

Futbol internazzjonali

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Fabio Paratici, sejħu lill-kowċ Maurizio Sarri biex miegħu jiddiskutu l-futur ta’ Juventus għal kumplament tal-istaġun. Jidher li din il-laqgħa…

Aktar