Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Draw bejn Wolves u Manchester United

Wolves 1  Manchester United 1

Mill-Kampjonat Premier Ingliż, Wolves ħadu t-tieni draw minn daqstant logħbiet meta f’darhom ġew 1-1 ma’ Manchester United. Kienu r-Red Devils li marru fil-vantaġġ mas-27 minuta b’gowl ta’ Martial, imma Wolves irrispondew fit-tieni taqsima b’gowl ta’ Neves, li kien ikkonfermat permezz tal-VAR. Fit-68 minuta l-United fallaw iċ-ċans li jerġgħu jmorru fil-vantaġġ meta ngħataw penalty, imma mill-11-il metru Pogba ra lil Patricio jtajjarlu l-ballun biex l-iskor baqa’ 1-1 sat-tmiem.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Ħadd wara nofsinhar intlagħbu erba’ partiti mill-kampjonat Taljan Serie A. Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Sassuolo għelbu lil Spal bi skor ta’ 3-0. Il-gowl jaslu minn Francesco Caputo fis-26 u…

Futbol internazzjonali

Serie A fl-Italja: Juventus rebħu 2-1 kontra Verona. Kienu Verona li marru fil-vantaġġ b’goal sabiħ ta’ Miguel Veloso wara li ftit sekondi qabel Verona kienu laqtu l-lasta minn penalty. Aaron…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż 2019/20 Riżultati tas-Sibt Leicester City – 2 – 1 Tottenham Hotspur Manchester City 8 – 0 Watford Burnley 2 – 0 Norwich City Everton 0 – 2…

Futbol internazzjonali

Wara t-telfa kerha tat-Tlieta li għadda ta’ Real Madrid fi Franza kontra Paris St Germain bi skor ta’ 3-0, teżisti possibbiltà kbira li ġganti Spanjoli jneħħu lill-kowċ tagħhom Zinedine Zidane….

Aktar