Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Dro bejn Manchester UTD u Arsenal, filwaqt li Liverpool iżommu l-pass mas-City

Manchester UTD 2  Arsenal 2

Dro f’Old Trafford bejn Manchester UTD u Arsenal, meta kien Mustafi li fetaħ l-iskor mas-26 minuta għall-Gunners. Ir-Red Devils ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Martial man-nofs siegħa logħob, imma Arsenal reġgħu marru minn fuq fit-68 minuta b’gowl ta’ Lacazette. Biss dal-vantaġġ damu jgawduh biss minuta għaliex Lingard irnexxielu jiskorja u għamel ir-riżultat finali 2-2.

Burnley 1  Liverpool 3

Liverpool żammew il-pass ma’ Manchester City fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika meta marru għand Burnley u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1. Il-gowls kollha kienu skurjati fit-tieni taqsima, b’Burnley jiftħu l-iskor b’gowl ta’ Cork fl-54 minuta. Dan il-vantaġġ damu jgawduh tmien minuti,għaliex fit-62 minuta Milner ġab id-dro għal-Liverpool, imbagħad Firmino poġġa għall-ewwel darba lir-Reds minn fuq fid-69 minuta. Shaqiri għalaq il-logħba mal-ewwel minuta fuq il-ħin regolamentari meta skorja t-tielet għal riżultat finali ta’ 3-1, biex b’hekk Liverpool reġgħu telgħu żewġ punti taħt Manchester City.

Tottenham H. 3  Southampton 1

Tottenham qabżu fit-tielet post tal-klassifika meta f’Wembley għelbu lil Southampton bl-iskor ta’ 3-1. Huma fetħu tliet gowls vantaġġ, l-ewwel wara 9 minuti permezz ta’ Kane, imbagħad Moura għamilhom 2-0 fil-51 minuta, filwaqt li Son skorja t-tielet fil-55 minuta. Is-Saints skurjaw il-gowl tal-bandiera fid-90 minuta permezz t’Austin.

Wolves 2  Chelsea 1

Telfa xejn mistennija għand Chelsea meta maruu għand Wolves u tilfu bl-iskor ta’ 2-1, biex issa t-tim minn Londra niżlu fir-raba’ post tal-klassifika. Kien Loftus-Cheek li fetaħ l-iskor għal Chelsea fit-18-il minuta, imma fit-tieni taqsima Wolves wettqu reazzjoni u Jimenez ġab id-dro mas-siegħa logħob, filwaqt li Jota skorja erba’ minuti wara biex għamel ir-riżultat 2-1 favur Wolves.

Everton 1  Newcastle UTD 1

Dro f’Goodison Park bejn Everton u Newcastle UTD, bit-Toons jiftħu l-iskor fid-19-il minuta permezz ta’ Rondon. Fit-38 minuta Richarlison irnexxielu jġib id-dro għall-Everton u hekk baqgħu sat-tmiem, 1-1.

Fulham 1  Leicester 1

Dro fi Craven Cottage bejn Fulham u Leicester, b’Kamara jiftaħ l-iskor għall-Fulham ftit qabel il-mistrieħ. Leicester irnexxilhom jagħmlu l-iskor indaqs fl-74 minuta meta Maddison sab ix-xibka biex għamel ir-riżultat finali 1-1.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar