Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Gowl ta’ Son jagħti rebħa lil Tottenham Hotspur

Burnley 0   Tottenham H. 1

Gowl ta’ Heung-Min Son kien biżżejjed biex Tottenham ħadu rebħa f’Turf Moor u għelbu lil Burnley 1-0. Il-gowl ta’ Son wasal fis-76 minuta wara assist ta’ Harry Kane.

Brighton & Hove Albion 1   WBA 1

Draw fl-Annex Stadium bejn Brighton u WBA, bi Brighton imorru fil-vantaġġ ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima b’awto-gowl ta’ Livermore. West Bromwich Albion ġabu l-iskor indaqs fit-83 minuta b’gowl ta’ Ahearne-Grant.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA