Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Liverpool jirbħu d-derby ta’ Merseyside, ritorn xejn feliċi għal Mourinho f’Old Trafford

Liverpool 5   Everton 2

Liverpool rebħu d-derby ta’ Merseyside meta f’Anfield għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 5-2. Ir-Reds fetħu żewġ gowls vantaġġ permezz t’Origi u Shaqiri, b’Keane jnaqqas id-distakk fil-21 minuta. Origi u Mane skurjaw tnejn oħra sal-45 minuta, b’Richarlison inaqqas id-distakk għal darb’oħra eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima għal 4-2. It-tieni taqsima kienet xotta mill-gowls, bl-aħħar wieħed ta’ Liverpool jasal minn Wijnaldum fid-90 minuta.

Manchester UTD 2   Tottenham H. 1

Il-manager José Mourinho ma tantx kellu ritorn tajjeb f’Old Trafford meta mat-tim il-ġdid tiegħu ħareġ tellief bl-iskor ta’ 2-1. Doppjetta ta’ Rashford kienet biżżejjed għar-Red Devils, meta fetaħ l-iskor wara 6 minuti, imbagħad reġa’ skorja ieħor fid-49 minuta minn penalty. Dele Alli kien għamel l-iskor indaqs fid-39 minuta, imma wara t-tieni gowl ta’ Rashford l-Ispurs ma kellhomx risposta u ħarġu telliefa.

Leicester 2   Watford 0

Leicester City żammew il-pass fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika meta fil-King Power Stadium għelbu lil Watford 2-0. Il-gowls waslu t-tnejn fit-tieni taqsima, l-ewwel permezz tal-penalty ta’ Vardy fil-55 minuta, imbagħad Maddison għalaq il-logħba fil-ħames minuta fuq il-ħin regolamentari bit-tieni gowl.

Chelsea 2   Aston Villa 1

Gowl f’kull taqsima kienu biżżejjed għal Chelsea biex għelbu lil Aston Villa fi Stamford Bridge 2-1. Abraham fetaħ l-iskor għal Chelsea fl-24 minuta, b’Trezeguet jagħmel l-iskor indaqs fil-41 minuta. Mount skorja l-gowl tar-rebħa għall-Blues fit-48 minuta.

Southampton 2   Norwich 1

Southampton fetħu żewġ gowls vantaġġ fl-ewwel taqsima, b’Ings u Bertrand isibu x-xibka biex poġġew lis-Saints 2-0 minn fuq sal-ewwel 45 minuta. Fit-tiena taqsima Norwich naqqsu d-distakk b’gowl ta’ Pukki fil-65 minuta.

Wolves 2   West Ham 0

Gowls ta’ Dedoncker u Cutrone taw rebaħ lil Wolves fuq West Ham bl-iskor ta’ 2-0. Dendocker skorja fit-23 minuta filwaqt li Cutrone sab ix-xibka fis-86 minuta.

Il-Ħamis filgħaxija jintlagħbu l-aħħar żewġ logħbiet mill-15-il ġurnata tal-Kampjonat Premier Ingliż:

20:30 Sheffield UTD – Newcastle UTD

21:15 Arsenal – Brighton

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Id-difensur Spanjol Alvaro Odriozola ngħaqad ma’ Bayern Munich b’self mingħand Real Madrid. Id-difensur li fil-karriera tiegħu lagħab anke ma’ Real Sociedad, ingħaqad maċ-champions Ġermaniżi wara li ma tantx qiegħed isib…

Futbol internazzjonali

Leicester City 4   West Ham 1 Leicester City żammew il-pass ma’ Manchester City fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika tal-Premier Ingliż meta fil-King Power Stadium għelbu lil West Ham 4-1. Leicester fetħu…

Futbol internazzjonali

Juventus 3   Roma 1 Juventus għaddew għas-semifinali tal-Coppa Italia meta rebħu lil Roma 3-1, bil-plejers Juventini jiskurjaw l-erba’ gowls tal-logħba. Kien Cristiano Ronaldo li fetaħ l-iskor fis-26 minuta wara li…

Futbol internazzjonali

Il-plejers, managment, staff u partitarji taw tislima lill-plejer Emiliano Sala, f’ċerimonja kommemorattiva, sena mill-mewt tiegħu, fil-Katidral ta’ San David f’Cardiff. Sala kien miet f’inċident traġiku tal-ajru fil-21 ta’ Jannar meta…

Aktar